• Il-Ħadd 4 ta’ Jannar 2015, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, ser jiċċelebra Quddiesa solenni fl-okkażjoni tas-solennità tal-Epifanija. Il-Quddiesa tibda fid-9.15 ta’ filgħodu.

    Il-Ġimgħa 16 ta’ Jannar, fid-9.00 ta’ filgħodu, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, l-Isqof Scicluna jiċċelebra Quddiesa bis-sehem tal-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta. F’din il-Quddiesa l-kuluri tar-reġiment jitqegħdu fl-Oratorju ta’ San Ġwann.

    Nhar is-Sibt 17 ta’ Jannar, fis-6.30 ta’ filgħaxija, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, l-Isqof Scicluna jiċċelebra Quddiesa għal dawk il-koppji li żżewġu fis-sena 2014.

    Il-Ħamis 22 ta’ Jannar, fis-6.00 ta’ filgħaxija, l-Isqof jipparteċipa f’servizz ekumeniku.

    Il-Ġimgħa 23 ta’ Jannar, fis-6.00 ta’ filgħaxija, l-Isqof jiċċelebra Quddiesa għall-ġurnalisti fl-Istitut Kattoliku, fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Franġisk de Sales, qaddis protettur.

    Is-Sibt 24 ta’ Jannar, fil-5.15 ta’ filgħaxija, fil-Katidral tal-Imdina, l-Isqof Scicluna imexxi t-traslazzjoni tar-relikwa, għasar u Quddiesa, fl-okkażjoni tas-solennità tal-konverzjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl, it-titular tal-Katidral.

    Il-Ħadd 25 ta’ Jannar, fid-9.15 ta’ filgħodu, fil-Katidral tal-Imdina, l-Isqof Charles J. Scicluna, jiċċelebra Quddiesa fis-solennità tal-konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl.