• Bejn illum, il-Ħadd 18 ta’ Jannar, u l-Ħadd 25 ta’ Jannar, qed tiġi ċċelebrata l-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara. L-għan ta’ dan it-talb hu li jingħelbu l-firdiet fost l-Insara ta’ Knejjes differenti. It-tema għal din is-sena hi “‘Agħtini nixrob’, qalilha Ġesu” (Ġw 4, 7).

      Nhar il-Ħamis 22 ta’ Jannar, fis-6.30 p.m., fil-Knisja tal-Kapuċċini, il-Furjana, ser isir Servizz Ekumeniku flimkien mal-Kunsill Ekumeniku. L-Isqof Charles J. Scicluna ser jippresiedi.