• Il-Kummissjoni għall-Ħarsien tat-Tfal u l-Adulti Vulnerabbli, li taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Konferenza Episkopali Maltija, ser tkun magħmula minn ħames membri. Dawn huma: Andrew Azzopardi, bħala Kap tal-Kummissjoni, Dott. Roberta Attard, Dr Kevin Borg, Fr Antoine Farrugia S.D.B. u Ms Clarissa Sammut Scerri. Żewġ persuni oħra, Dr Joseph Sammut u Mariella Fenech Pace, ser jaqdu r-rwol ta’ konsulent legali u ta’ amministratur, rispettivament.
     
    Andrew Azzopardi

    Andrew huwa kwalifikat bħala social worker u jispeċjalizza fil-ħarsien tat-tfal. Prattika l-professjoni tiegħu fis-settur pubbliku fejn għal xi żmien kien ukoll maniġer. Ikkonkluda investigazzjonijiet kumplessi ta’ abbuż ta’ tfal, u ħadem ma’ tfal ta’ immigranti irregolari. Ħadem mal-NSPCC fejn wettaq valutazzjonijiet ta’ riskju u f’każi ta’ abbuż sesswali fuq tfal, ta terapija lill-vittmi kif ukoll lil dawk li għamlu r-reati sesswali. F’dawn l-aħħar snin mexxa t-tim li jinvestiga każi ta’ nuqqas ta’ ħarsien tat-tfal u adulti vulnerabbli fil-Football Association tal-Ingilterra. Andrew lesta b’suċċess kors postgraduate fil-politika internazzjonali u d-drittijiet tal-bniedem mis-City University London. Andrew huwa l-Kap tal-Kummissjoni għall-Ħarsien tat-Tfal u l-Adulti Vulnerabbli.

    Dott. Roberta Attard

    Roberta hija kwalifikata bħala psikologa klinika u ħaddiema soċjali mħarrġa fit-Teorija Sistematika. Għandha esperjenza vasta fil-qasam ta’ problemi kliniċi fost it-tfal u l-adoloxxenti, fil-psikoterapija tat-tfal, fil-psikoloġija forensika tat-tfal, fil-ħarsien tat-tfal u fl-investigazzjoni ta’ abbuż fuq it-tfal. Roberta ħadmet f’ambjenti differenti ma’ tfal u adoloxxenti trawmatizzati permezz ta’ psikoterapija individwali jew fi gruppi,  fejn tispeċjalizza fl-użu ta’ tpinġijiet, logħob u tekniki psikoterapewtiċi. Tagħmel superviżjoni u tipprovdi konsulenza lil professjonisti u istituzzjonijiet oħra u permezz ta’ workshops tagħti taħriġ dwar metodi kreattivi ta’ terapija ma’ tfal b’diffikultajiet psikoloġiċi, ta’ mġiba u soċjali. Hija lecturer full-time fid-Dipartiment tal-Counselling u konsulenta fuq diversi bordijiet tal-Istat u programmi tal-Gvern dwar għajnuna li tingħata lil minuri vulnerabbli.

    Dr Kevin Borg

    Kevin iggradwa bħala tabib fl-2006 u beda jispeċjalizza fil-pedjatrija fl-2008 fejn żviluppa interess speċjali fil-ħarsien tat-tfal. Matul l-aħħar sena lesta taħriġ barra minn Malta, taħt is-superviżjoni ta’ esperti ewlenin fil-University College London Hospital u fil-Great Ormond Street Hospital. Dan it-taħriġ ġie rikonoxxut mir-Royal College of Paediatrics and Child Heath. Kevin evalwa każi ta’ għadd ta’ tfal li dwarhom kien hemm allegazzjonijiet ta’ trattament ħażin, b’mod partikolari ta’ abbuż sesswali. Ippubblika materjal marbut mal-ħarsien tat-tfal f’ġurnali speċifiċi lokali u internazzjonali. Bħalissa Kevin qed jagħmel MSc fis-saħħa tat-tfal mal-Università ta’ Warwick fejn qed jispeċjalizza fil-ħarsien tat-tfal.

     
    Fr Antoine Farrugia S.D.B.

    Fr Antoine huwa edukatur Sależjan, irreġistrat ukoll bħala ħaddiem soċjali. Jaħdem fost iż-żgħażagħ u familji f’sitwazzjonijiet diffiċli, b’mod partikolari permezz ta’ servizzi residenzjali għal żgħażagħ u tfal li m’għandhomx ġenituri li jieħdu ħsiebhom. Wara li ħa taħriġ f’Malta u f’pajjiżi oħra fl-Ewropa, Fr Antoine ħadem f’livelli differenti – għoti ta’ servizz, maniġment u politika, ma’ NGOs, istituzzjonijiet edukattivi u entitajiet tal-Gvern f’Malta, fl-Irlanda u fi Brussell. Fr Antoine huwa kwalifikat fis-superviżjoni u taħriġ tal-ħaddiema soċjali, care workers u voluntiera li jagħtu servizz lil żgħażagħ li jkunu f’sitwazzjonijiet diffiċli.  Iggradwa b’MSc fil-Ħarsien tat-Tfal u Għajnuna Soċjali mit-Trinity College f’Dublin fl-2011. Bħalissa huwa chaplain tal-MCAST u Rettur tal-Komunità Sależjana fl-Isla.

     
    Clarissa Sammut Scerri

    Clarissa hi kwalifikata bħala Psikologa bi speċjalizzazzjoni fil-Counselling, Terapista tal-Familja u supervisor tat-terapija sistemika. Hi membru akkademiku full-time tad-Dipartiment tal-Istudji dwar il-Familja fl-Università ta’ Malta u qed tagħmel Dottorat mal-Università ta’ Surrey. Qabel ma daħlet fid-Dipartiment tal-Istudji dwar il-Familja fl-Università ta’ Malta, ħadmet għal diversi snin fil-qasam tal-għajnuna soċjali. Kienet il-Kap u s-supervisor kliniku tat-Terapija tal-Familja u Servizzi Psikoloġiċi fi ħdan l-Appoġġ. L-ispeċjalizzazzjoni klinika tagħha tinkludi ħidma ma’ individwi, koppji, familji u anke superviżjoni professjonali. L-interessi ewlenin tagħha huma studji dwar rabtiet emozzjonali u trawma psikoloġika b’mod partikolari dawk marbuta ma’ vjolenza domestika u abbuż fil-familji.

  • Agħfas hawn biex tniżżel il-proċeduri għall-ħarsien tat-tfal u l-adulti vulnerabbli, li jinkludu l-proċedura għall-każijiet ta’ abbuż sesswali f’attivitajiet pastorali.

    Segwi l-konferenza tal-aħbarijiet fuq Newsbook.com.mt