• Is-Sezzjoni Refuġjati tal-Kummissjoni Emigranti flimkien mal-Aid to the Church in Need (ACN-Malta) nhar is-Sibt 7 ta’ Frar, fl-10.00 am ser jorganizzaw siegħa talb fil-Knisja ta’ San Ġakbu, fi Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, għall-paċi tal-poplu fin-Niġerja.

    In-Niġerja hi l-aktar art popolata fl-Afrika.  Tgħodd il’ fuq minn 177 miljun persuna: 50% minnhom Musulmani, 40% Kristjani u 10% ta’ twemmin indiġenu.  62% tal-popolazzjoni hi taħt l-24 sena. F’dawn l-aħħar xhur in-Niġerja rat għadd ta’ knejjes jitkissru u nies u tfal maqtula bi ħruxija.  

    L-Isqfijiet fi tmiem laqgħa ta’ jumejn, bejn id-19 u 20 ta’ dan ix-xahar (Jannar 2015) ħarġu Kommunikat-talba intitolat: Lord, visit our land and redeem your people, (Mulej ejja żurna u salva l-poplu tiegħek). Huma għamlu appell ħerqan lil dawk kollha konċernati biex iwaqqfu din is-sofferenza fil-poplu u jgħinu biex tirrenja l-maħfra u s-sliem.  

    Is-siegħa ta’ talb tibda b’Quddiesa u nofs siegħa adorazzjoni.