Bibbja

  • Bibbja

    Għaqda Biblika Maltija

  • Indirizz

    Dar il-Bibbja, 62 Triq il-Miratur, Floriana

  • Tel

    21220318

  • Fax

    21236621

  • Website

    http://www.maltabible.com
    Istitut Għall-Kultura Biblika

  • E-mail

    office@maltabible.com

     
    L-Għaqda Biblika Maltija waqqfuha l-Professur Monsinjur Pietru Pawl Saydon u l-Professur Monsinjur Karm Sant nhar il-Ħadd, 14 ta’ Settembru 1958. Il-missjoni ta’ l-Għaqda Biblika hi dik “li tipprovdi l-Iskrittura Mqaddsa lil kull raġel, mara, tifel u tifla bil-lingwa li huma jitkellmu, f’format li huma jistgħu jifhmu, u bi prezz li jistgħu jħallsu.” Għal dan il-għan, l-Għaqda Biblika tieħu ħsieb li taġġorna t-traduzzjoni tal-Bibbja regolarment, tippubblikaha u tqassamha. Minbarra l-pubblikazzjoni tal-Bibbja, tieħu ħsieb ukoll toħroġ kotba u materjal ieħor ta’ tagħrif u ta’ għajnuna biex wieħed ikun jista’ jifhem il-Bibbja. Torganizza wkoll korsijiet fuq il-Bibbja kemm fil-parroċċi, kif ukoll fuq skala nazzjonali f’Dar il-Bibbja, flimkien ma’ programmi ta’ tagħrif fuq il-mezzi tax-xandir. Il-ħidma ta’ l-Għaqda Biblika għall-promozzjoni tal-Bibbja hi mifruxa kemm ma’ l-adulti u kemm mat-tfal u ż-żgħażagħ. L-aħħar traduzzjoni riveduta tal-Bibbja ppubblikatha fl-2004 u bħalissa qed isir xogħol biex tiġi ppubblikata edizzjoni tal-Bibbja bin-Noti. F’Novembru 2005 l-Għaqda Biblika ppubblikat għall-ewwel darba l-ewwel kotba mill-Bibbja bil-Malti bil-Braille għall-persuni neqsin mid-dawl. Ħarġet ukoll il-Bibbja fuq CDRom biex wieħed ikollu aċċess għall-Kotba ta’ l-Iskrittura fuq il-kompjuter. F’Ottubru 2005 fetħet l-Istitut għall-Kultura Biblika fejn wieħed isib Sala tal-Konferenzi attrezzata bl-aħħar teknoloġija u anke Librerija speċjalizzata b’mijiet ta’ kotba u riżorsi oħra għall-istudju tal-Bibbja. L-Għaqda Biblika hi membru fundatur tal-Catholic Biblical Federation u membru assoċjat tal-United Bible Societies - żewġ organizzazzjonijiet dinjija li l-għan tagħhom hu li jippromwovu l-qari u l-istudju tal-Bibbja, filwaqt li jaħdmu biex kulħadd ikollu ċ-ċans li jkollu kopja tal-Bibbja. Kulħadd jista’ jidħol membru ta’ l-Għaqda Biblika billi jikkuntattja lill-istaff f’Dar il-Bibbja.

  • President

    Rev Mons Dr Anthony Abela

    A/President

    Rev Dr Paul Sciberras

    Chairman Bord tad-Diretturi

    Sur Alfred Gatt

    Segretarju Generali

    Sur Paul P. Agius

  • Membri tal-Bord

    Dr Evelyn Caruana Demajo
    Ms Doreen Gatt
    Sur Anthony Geraldi
    Rev. Doug McRoberts
    ​Sur Ray Zammit