• Nhar l-Erbgħa 8 ta’ April 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser imexxi l-pellegrinaġġ tradizzjonali ta’ San Girgor fiż-Żejtun. Il-Pellegrinaġġ jitlaq mill-Kappella ta’ San Klement fid-9.30 a.m. Wara waqfa fil-knisja Parrokkjali, il-pellegrinaġġ ikompli għall-Knisja ta’ San Girgor. Hemmhekk Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa.

    Nhar il-Ħadd 12 ta’ April, fl-10.00 a.m., fil-monasteru ta’ Sant’Ursola, il-Belt Valletta, Monsinjur Arċisqof jippresiedi r-rit tal-professjoni reliġjuża ta’ Swor Lilian Borg. Fl-istess Quddiesa Swor Christine Borg tirringrazzja lil Alla għall-25 sena mill-professjoni reliġjuża tagħha.

    Nhar l-Erbgħa 15 ta’ April, fin-12.30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Kamra tal-Avukati.

    Il-Ħamis 16 ta’ April, fl-10.30 a.m., fl-okkażjoni tal-viżta statali tal-Eminenza Tiegħu Fra Matthew Festing, Granmastru tal-Ordni Sovran, Militari u Ospitalier ta’ San Ġwann, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

    Il-Ħadd 19 ta’ April, fid-9.00 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi Quddiesa solenni fil-Knisja Parrokkjali tal-Furjana, fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Publju.