Ħal Lija

  • Ir-raħal ta' Ħal Lija sar parroċċa fis-6 ta' Frar 1594 u mitt sena wara beda l-bini tal-knisja tas-Salvatur li hemm illum; il-knisja ġiet konsagrata mill-Isqof Labini fil-25 ta' Lulju 1782.

  •  

    Numru ta' Parruċċani: 3,150

    Numru ta' Familji: 1,150

  • Knisja parrokkjali Tas-Salvatur

    Data tad-dedikazzjoni 25 ta' Lulju 1782

  • Kappillan

    Kan. Joseph Cilia

  • Uffiċċju Parrokkjali

    47, Misraħ it-Trasfigurazzjoni

    Ħal Lija, LJA 1050

  • Ħinijiet tal-uffiċċju

    It-Tnejn: 9.00am sal-10.00 am u 4.30pm sal-5.30pm

    Il-Ġimgħa: 4.30pm sal-5.30pm

    Is-Sibt: 8.30am sal-10.00am

  • Telefon

    21442553

  • Presbiterju Parrokkjali

    Kan. Dun Joseph Cilia, Kappillan

    Mons Mosè Borg

    Mons Ġużepp Fenech

  • Saċerdoti oħra residenti fil-parroċċa

    Dun Ġorġ Mangion

    Mons. Alfred Xuereb

    Kunsill Pastorali Parrokkjali

    President: Dun Joseph Cilia, Kappillan

    Moderatur: Sur Sunny Portelli

    Kunsill Ekonomiku Parrokkjali

    President: Dun Joseph Cilia, Kappillan

    Segretarju: Mons. Ġuzepp Fenech

    Membri: Mrs Helen Cini   

  • Quddies

    Ħdud u Festi: 07.00, 08.00, 09.30, 11.00am; 05.30pm

    Is-Sibt Filgħaxija: 06.30pm

    Ġranet Ferjali: 06.00, 07.00, 08.30 am, 06.30pm

  • Knejjes Filjali

  • Knisja tal-Madonna tal-Mirakli

    Il-knisja li tinsab fil-periferija ta' Ħal-Lija, fit-triq li minn Ħ'Attard tieħu għall-Mosta, hi santwarju meqjum u magħruf ħafna. Il-knisja kif inhi lllum inbniet fl-1664 u ġiet konsagrata fl-1787; fiha hi meqjuma xbieha tal-Madonna li skond tradizzjoni qattret demgħa minn għajnejha dak in-nhar li terremot heżheż lil Malta. Fil-knisja jistgħu jsiru ż-żwiġijiet.

    Data tad-dedikazzjoni:

    23 ta' Diċembru 1787

  • Rettur

    Mons. Alex Cordina

  • Indirizz

    Kappella Madonna tal-Mirakli

    Triq Annibale Preca,

    Lija, LJA 1911

    21437282 Telefon tal-Knisja

    21442553 għal bookings

  • Quddies

    Ħdud u Festi: 08.15, 09.30am

    Mit-Tnejn sa s-Sibt: 05.30pm

  • Knisja tas-Salvatur il-Qadim

    Din il-knisja kienet il-knisja parrokkjali qabel nbniet il-knisja li hemm illum; issa qed tintuża għall-wirjiet reliġjużi; fiha ssir Quddiesa nhar il-festa tat-titular.

  • Knisja ta' San Andrija

    Din kienet l-ewwel knisja li nbniet f'Ħal Lija; reġgħet inbniet fl-1624 u llum tintuża għal-laqgħat taż-żgħażagħ.

  • Knisja ta' Santa Marija

    Il-knisja nbniet fl-1569 u reġgħet inbniet mitt sena wara; illum tinfetaħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-08.00 am u t-08.00 pm għal adorazzjoni ewkaristika.

  • Knisja tal-Vitorja

    Il-knisja nbniet fl-1600: illum qed tinżamm magħluqa.

  • Knisja ta’ San Pietru

    Din il-knisja nbniet fil-bidu tas-Seklu Sittax. Fis-16 ta' Ottubru 1916 l-Arċisqof għaddieha lis-Sorijiet Dumnikani meta dawn fetħu l-ewwel dar tagħhom f'Malta.

  • Quddies

    Kuljum: 6.30 am

  • Knisja tal-Kunċizzjoni

    Hi knisja patronali ta' ġuspatronat; inbniet fl-1647.

  • Kappella tal-Adorazzjoni

    Kappella ta' Santa Marija

    Indirizz

    St Andrew's Street, Lija

    Ħinijiet tal-Ftuħ

    Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 8.00am - 8.00pm