Opri Missjunarji Pontifiċji

  • Opri Missjunarji Pontifiċji

  • Indirizz

    Uffiċċju Missjunarju,

    7, Triq Merkanti,

    Valletta VLT 1171

  • Telefon

    2123 6962

  • Fax

    2123 1272

  • Ħin ta’ l-Uffiċċju

    Mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9.00 a.m. u 12.00pm.

    Sibtijiet: mid-9.00am sa nofsinhar.

    L-Opri Missjunarji Pontifiċji għandhom l-għan li jassistu l-Papa, fit-tixrid ta’ l-ispirtu missjunarju fost il-qassisin, reliġjużi, adulti u tfal; jinkoraġġixxu l-għajnuna lill-foqra, u jiġbru għajnuna finanzjarja għall-proġetti fil-pajjiżi tat-tielet dinja.

    L-Opri Missjunarji Pontifiċji kienu u għadhom importanti ħafna fix-xandir tal-kelma t’Alla mad-dinja kollha, speċjalment f’dawk il-partijiet tad-dinja li qatt ma ġew evanġelizzati.

  • L-Opri Missjunarji Pontifiċji huma erbgħa:

    • L-Opra tal-Propagazzjoni tal-Fidi, li twaqqfet fi Franza minn Pawlina Jaricot fl-1822. Din is-soċjetà għandha x’taqsam mal-ħidma missjunarja ġenerali.
    • L-Għaqda tat-Tfal għall-Missjoni jew Opra tas-Santa Infanzja, li twaqqfet mill-Isqof Charles Forbin Janson ukoll fi Franza, fl-1842. Għandha x’taqsam mat-tfal ta’ l-artijiet tal-missjoni, speċjalment ma’ l-iskejjel u ma’ l-orfanatrofji.
    • L-Opra ta’ San Pietru Appostlu għall-Kleru Lokali, mwaqqfa minn żewġ nisa, ukoll Franċiżi, Jeanne u Stephanie Bigard fl-1889. Din għandha x’taqsam mas-seminarji kollha li hemm fl-artijiet tal-Missjoni.
    • L-Unjoni Pontifiċja Missjunarja tal-Kleru, li tħaddan lis-Saċerdoti u r-Reliġjużi kollha, għandha l-għan li dawn iħeġġu lill-Insara kollha fl-imħabba tagħhom lejn il-Missjoni.

    L-Uffiċċju Missjunarju għandu r-rivista "Malta Missjunarja", rivista b’tema missjunarja li toħroġ kull xahar u tasal għand ħafna familji, tfal fl-iskejjel u missjunarji barra minn Malta.

    Fi ħdan l-Uffiċċju, wieħed isib ukoll ħanut b’oġġetti reliġjużi – Cordina’s Emporium, u Bazaar li l-profitt minnhom imur kollu b’risq il-missjoni.

  • Dawn huma in-nies involuti f’din l-istituzzjoni

  • President

    L-E.T. Mons. Arċisqof Pawlu Cremona, O.P.

  • Direttur Nazzjonali

    Mons. Salvinu Micallef

  • Segretarju

    Sur Mario Scicluna

  • Editrici "Malta Missjunarja

    Sinjorina Caroline Chetcuti

    Editrici "Tfal Missjunarji"

    Sinjorina Claudia Cini
  • Editur www.missio.org.mt

    Sur Bernard Vella

  • Koordinatriċi Children Helping Children

    Sinjorina Lisa Pace

    Għal aktar tagħrif, żur is-sit tagħna www.missio.org.mt