• Iċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet Djoċesani qed iniedi mill-ġdid is-sit onlajn www.vokazzjoni.com. L-iskop ta’ dan is-sit elettroniku huwa li jinħoloq spazju għaż-żagħżagħ sabiex jisimgħu u jiskopru s-sejħa t’Alla għalihom. Is-sit jinkludi fih filmati bi ħsieb ta’ kull ġimgħa, newsletter u kalendarju bl-attivitajiet. Is-sit jista’ jiġi wkoll aċċessat b’mod iktar faċli fuq mobile phone. Iċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet jinsab ukoll fuq facebook (agħfas hawn sabiex taċċessa), fejn tista’ tirċievi aħbarijiet u riflessjonijiet b’mod kontinwu.