Nhar il-Ħamis, 14 ta’ Jannar 2010, is-Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi, bl-għajnuna tal-Kamra tal-Ispiżjara,  organizza laqgħa, li għaliha l-Ispiżjara Maltin kienu mistiedna jiltaqgħu ma’ Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona OP.

Matul il-laqgħa, li fiha ħa sehem ukoll il-Professur Dun Manwel Agius, Dekan tal-Fakultà tat-Teoloġija u Lecturer tal-Morali u Bioetika fl-Università ta’ Malta, l-ispiżjara kellhom l-opportunità li jitkellmu dwar diversi sfidi ta’ natura etika u morali, li jiltaqgħu magħhom waqt il-qadi tal-professjoni tagħhom.

Fi tmiem il-laqgħa, il-President tal-Kamra tal-Ispiżjara, is-Sinjura Maryanne Sant Fournier irringrazzjat lil Monsinjur Arċisqof u offritlu tifkira tal-okkazzjoni.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]

Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.