• Nhar l-Erbgħa 24 ta’ Ġunju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ppreżenta l-punti prinċipali tal-Enċiklika tal-Papa Franġisku “Laudato Si’” (Tkun imfaħħar int, [Mulej]) fil-bitħa ċentrali tas-Seminarju tal-Arċisqof, tal-Virtù, ir-Rabat.
    Għal din l-attività attendew mijiet ta’ nies fosthom il-Ministru tal-Ambjent l-Onor. Leo Brincat, Membri Parlamentari oħra miż-żewġ naħat tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Sindki, rappreżentanti tal-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu favur l-ambjent, numru ta’ kapijiet tal-iskejjel tal-Knisja u tal-Istat, kappillani u lajċi mpenjati fil-parroċċi.

    Segwi l-preżentazzjoni ta’ Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna.

    Agħfas hawn biex tniżżel l-Enċiklika Laudato Si’ bil-Malti (verżjoni sħiħa).

    Agħfas hawn biex tniżżel Ġabra fil-Qosor tal-Enċiklika Laudato Si’ bil-Malti.