Ħal Luqa

  • Fl-1497 f'Ħal Luqa ġa kien hemm kappella dedikata lil Sant’ Andrija. Flok din il-kappella. Fis-snin bejn l-1539 u l-1542 inbniet knisja li mbagħad saret parroċċa fil-15 ta' Mejju 1634. Ftit wara, bit-tħabrik ta' l-ewwel Kappillan, inbniet knisja ġdida li tlestiet fl-1686. Bejn is-snin 1693 u 1737 inbena kor ġdid u faċċata ġdida b'żewg kampnari, u fis-7 ta' Diċembru 1783 il-knisja ġiet ikkonsagrata mill-Isqof Labini. Bejn is-snin 1901 u 1910 żdidulha n-navi, iżda mbagħad fid-9 ta' April 1942 il-knisja ġġarfet bil-bombi u nbniet mill-ġdid ikbar u isbaħ bejn is-snin 1945 u 1954 u ġiet konsagrata mill-Arċisqof Mikiel Gonzi fis-26 ta' Settembru 1962.

  •  

    Numru Ta' Parruċċani: 5,600

    Numru Tal-Familji: 1,550

  • Knisja Parrokkjali Ta' Sant' Andrija

    Data tad-Dedikazzjoni: 7 ta' Diċembru 1783

    Reġgħet ġiet dedikata: 26 ta' Settembru 1962

  • Kappillan

    Kan. Michael Zammit

  • Uffiċċju Parrokkjali

    2 Misraħ tal-Knisja

    Ħal Luqa LQA 1700

  • Ħinijiet tal-Uffiċċju

    Mit-Tnejn sal-Ġimgħa

    4.30 - 5.45 pm

    It-Tlieta

    9.00 - 11.00 am

  • Telefon

    21 809 310

  •  
  • Presbiterju Parrokkjali

    Kan. Michael Zammit, Kappillan

    Dun Charles Cini, Viċi

    Dun Renè Camilleri

    Dun Keith Scicluna

  • Kunsill Pastorali Parrokkjali

      • President Sur Martin Lanzon
      • Segretarja Sinjura Wilhelmina Scicluna
      • PRO Sinjura Marlene Cini
  • Quddies

    Ħdud u Festi: 06.00, 07,00, 08.30, 10.30 am; 05.30pm

    Sibtijiet Filgħaxija: 06.00pm (xitwa); 06.30pm (sajf)

    Ġranet Ferjali: 06.00, 07.00, 07.45am; 06.00pm (xitwa), 06.30pm (sajf)

  • Knejjes u Kappelli Filjali

  • Knisja tal-Madonna tal-Karmnu

    Il-knisja nbniet l-ewwel darba fl-1784 u reġgħet inbniet fl-1848. Inħattet mill-Ingliżi biex tagħmel wisa' għall-mitjar li kellu jitkabbar. Inbniet mill-ġdid bl-istess titlu bħala parti miċ-Ċentru Parrokjali.

  • Kappella ta' San Ġakbu

    Il-knisja nbniet fl-1550 u nbniet mill-ġdid fl-1623. Dan l-aħħar il-knisja ġiet restawrata.

  • Kappella ta' Santa Marija tal-Ftajjar

    Il-kappella nbniet fil-bidu tas-seklu ħmistax u reġgħet inbniet fl-1613. Tintuża għall-Adorazzjoni Ewkaristika Perpetwa.

  • Rettur

    Il-Kappillan

  • Kappella tal-Vitorja f'Ħal Farruġ

    Ħal Farruġ kien jifforma parti mill-Parroċċa ta' Bir Miftuħ u sar parti mill-Parroċċa ta' Ħal Luqa fl-1643. Il-Kappella tal-Vitorja f'Ħal Farruġ, hi waħda mill-ħafna knejjes żgħar li dari kien hemm f'dawk l-inħawi. Inbniet fl-aħħar snin tas-seklu ħmistax iżda nħattet mill-Ingliżi biex tagħmel wisa' għat-tkabbir tal-mitjar. Fl-1992, bini eżistenti li kien hemm f'dawk l-inħawi li kien iservi bħala fabbrika tal-melħ inbidel f'kappella b'xi klassijiet għad-duttrina. Ġie inawgurat bħala Ċentru ta' Ħidma Pastorali għar-residenti tal-inħawi.

  • Rettur

    Dun Charles Cini

  • Quddies

    Ħdud u Festi: 09.30am

    Is-Sibt: 6.15pm

  • Residenza ta' San Vinċenz

  • Kappella Qalb ta' Ġesù

  • Quddies

    Ħdud u Festi: 6.30 a.m., 10:00 a.m. u fil-12:15 p.m.

    Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 6.30 a.m., 10.15 a.m.

    Sibtijiet: 6.30 a.m., 10.15 a.m. u fis-6.00 p.m.

  • Kappella Rużar Briffa

  • Quddies

    Mit-Tnejn sal-Ġimgħa u l-Ħadd: 9.30 a.m.

    Sibtijiet: 9.30 a.m. u fis-6.00 p.m.

  • Kappella tal-Adorazzjoni

    Kappella ta' Santa Marija - Magħrufa bħala Tal-Ftajjar

    Indirizz

    Triq il-Karmnu, Ħal Luqa

    Ħinijiet tal-Ftuħ

    Ħdud u Festi: 7.00am till noon

    Ġranet Ferjali: 7.00am till 7.00pm