• Nhar is-Sibt 18 ta’ Lulju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna iltaqa’ mal-komunità Abramo, f’Paceville, fejn f’attività msejħa ‘You Hope Party’ iż-żgħażagħ ta’ din il-komunità ipparteċipaw f’ċelebrazzjoni ta’ żfin u kant marbut mat-tema tat-tama. Din l-attività saret b’kollaborazzjoni bejn il-Fgura Youth Centre u żgħażagħ mill-Parroċċa tal-Imqabba. Fil-messaġġ tiegħu, l-Arċisqof Charles J. Scicluna għamel kuraġġ liż-żgħażagħ u talabhom ikomplu jagħtu xhieda tal-ferħ tal-Vanġelu. Huwa rringrazzjhom tal-ħidma ta’ evanġelizzazzjoni u li bit-talenti tagħhom qed ixerrdu l-messaġġ ta’ tama lil żgħażagħ oħra.