Nhar il-Ħadd, 17 ta’ Jannar 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP iċċelebra Quddiesa għall-koppji li se jizzewgu din is-sena (2010). Għal din il-Quddiesa li saret fil-Knisja tal-Kappuċċini, Floriana, attendew aktar minn tliet mitt koppja li lkoll segwew il-kors għat-tħejjija tażżwieġ organizzat mill-Moviment ta’ Kana. L-Arċisqof Pawlu Cremona OP esprima s-sodisfazzjon tiegħu għan-numru sabiħ ta’ koppji li wieġbu għall-istedina tiegħu. Bi tbissima, l-Arċisqof stqarr li darb’oħra ser ikollna nfittxu Knisja ikbar biex kulħadd ikollu post bil-qiegħda. Fil-messaġġ tiegħu, l-Arċisqof b’entużjażmu, qal lill-għarajjes preżenti li huma l-aġenti biex tinbena kultura favur iżżwieġ. L-Arċisqof qal li la darba wieġbu għas-sejħa t’Alla biex jissiġillaw iżżwieġ tagħhom bis-sagrament għax jemmnu fih, fi dmir li juru li dan iżżwieġ jibni familji b’saħħithom għall-ġid tal-pajjiż.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]

Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.