Agħti donazzjoni lill-Knisja

  • Il-Knisja f’Malta tagħmel ħafna xogħol fejjiedi fis-soċjeta tagħna, u tgħin lil ħafna individwi u familji kemm mil-lat pastorali, dak spiritwali, dak edukattiv u dak materjali.  Il-Knisja tmexxi wkoll djar għall-anzjani, id-dar tal-kleru, djar għal nisa msawta u day care centres, fost oħrajn.  Issemma’ wkoll leħinha permezz tar-radju u l-internet.  Fit-twettiq tal-missjoni tagħha, il-Knisja tiddependi mid-donazzjonijiet.  Jekk tixtieq tagħti donazzjoni biex tgħin lill-Knisja, tista’ tagħmel depożitu f’dan il-kont kurrenti mal-APS Bank Ltd:

    IBAN: MT13APSB77002000494810494830018
    BIC Code: APSBMTMT
    Account name: Arċidjocesi ta’ Malta

    Tista’ wkoll tibgħat ċekk pagabbli lill-Arċidjocesi ta’ Malta lis-Segretarju Amministrattiv, Kurja tal-Arċisqof, Pjazza San Kalċidonju, Floriana.

    Grazzi tal-kontribuzzjoni tiegħek.