• L-organizzazjonijiet taż-żgħażagħ li huma nteressati jmorru għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li se jsir il-Polonja f’Lulju 2016, huma mistiedna għal-laqgħa ta’ preparazzjoni nhar l-Erbgħa 14 ta’ Ottubru fis-7:00 p.m. ġewwa ŻAK House – 213, Triq Brared, Birkirkara.

    Fuq talba tal-Eċċ. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, iż-ŻAK nehdiet il-proċess ta’ koordinament u organizzazjoni biex żgħażagħ minn Malta jingħaqdu f’pellegrinaġġ mal-Arċisqof għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.  Fi spirtu ta’ għaqda, ŻAK flimkien ma’ organizzazjonijiet oħra taż-żgħażagħ tixtieq tagħmel din l-esperjenza possibbli, sabiex min jixtieq ikun jista’ jattendi għal dan l-avveniment, ispirat mill-kliem ta’ Kristu nnifsu: “Ħenjin dawk li jħennu, għax huma jsibu l-ħniena.” (Mt 5, 7)

    Post:  ŻAK house- 213, Triq Brared, Birkirkara (Mappa

    L-aġenda tal-laqgħa hija: 

    1. Mument ta’ talb

    2. Insiru nafu l-għaqdiet interessati 

    3. Tingħata idea bikrija tal-programm u loġistika 

    4. Qsim ta’ ideat 

    5. Fellowship 

    Żewġ mexxejja minn kull organizzazjoni interessata huma mitluba jikkonfermaw l-attendenza tagħhom billi jibgħatu email fuq:  [email protected]

    Għal aktar tgħarif fuq laqgħat simili, u l-preparazzjonijiet in ġenerali għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, tistgħu ssegwu l-paġna fuq Facebook: Young people from Malta to the World Youth Day 2016:https://goo.gl/S6A5co