• Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 sena mit-twaqqif tad-Dar tal-Providenza u fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-persuni b’diżabbilita’, se jiġi organizzat Kunċert fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann il-Belt nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Diċembru fis-7:30 ta’ filgħaxija. Il-Kunċert se jittella’ mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta, bil-kollaborazzjoni ta’ RTK4Charity u bil-korteżija tal-Fondazzjoni tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. Se jkun taħt il-patroċinju tal-E.T. l-Arċisqof Mons Charles J Scicluna.

    Il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast WO1 Jonathan Borg. Se ddoqq il-kompozizzjoni li nkitbet ghall-okkazzjoni bl-isem: ISPIRAZZJONI DIVINA, kitba ta’ Sunny Aquilina, mużika ta’ Mro Ray Sciberras. bis-sehem is-sopran Claire Caruana, il-Coro Bel Canto u l-kor tat-tfal mill-Kullegg De La Salle. Kompozizzjonijiet ohra huma; Salve Regina ta’ Stephen Decesare, Pathetique Symphony ta’ Tchaikovsky u Hallelulia ta’ Handel, kif ukoll, peress li se nkunu dhalna sew fi zmien il-Milied, il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta se tesegwixxi siltiet muzikali tal-Milied 

    Matul din is-serata se jingħata wkoll il-premju Mons Mikiel Azzopardi, li 50 sena ilu, ħolom bid-Dar tal-Providenza. Illum din id-Dar ghandha mal-mitt resident fi djar differenti, tmexxi tlett’idjar fil-komunita’ u toffri wkoll servizz ta’ respite.  Biex twettaq din il-hidma, id-Dar tal-Providenza ghandha bzonn mal-4 miljun Ewro fis-sena.

    L-inizjattiva tal-RTK4Charity – Dar tal-Providenza biex il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta ttella’ kunċert huwa biex ikomplu jinġabru aktar fondi b’riżq l-istess Dar.

    Dħul għall-kunċert huwa bla ħlas u kulħadd mistieden jattendi. 

    Biljetti bla hlas jinkisbu billi iciċempel fuq 7949 3923 jew jibgħat imejl fuq [email protected]