• L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lill-Patri Christian Anthony Borg OFM Conv. bħala kappillan tal-Parroċċa tal-Qalb bla tebgħa ta’ Marija, Burmarrad; lill-Patri William Bartolo OFM Conv. bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ San Franġisk t’Assisi, il-Qawra u lill-Patri Michael Attard bħala kappillan fil-Parroċċa ta’ Marija Addolorata, f’San Pawl il-Baħar.

    • Patri Christian Anthony Borg OFM Conv. twieled fis-26 ta’ Diċembru 1987. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja fl-iskola Santa Eliżabetta f’Tas-Sliema, l-edukazzjoni sekondarja u post sekondarja fil-Kulleġġ San Alwiġi f’Birkirkara. Kompla l-istudji terzjarji fl-Istituto Teologico di Assisi.

      Patri Christian kien ordnat saċerdot fl-1 ta’ Lulju 2014. Beda l-ħidma pastorali fil-Knisja ta’ San Franġisk, il-Belt Valletta.

      Il-Parroċċa ta’ Burmarrad tiġbor fiha madwar 1,200 persuna f’400 familja.

    • Patri William Bartolo OFM Conv. twieled fid-9 ta’ Jannar 1958, il-Furjana. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja fl-iskola tal-Furjana, l-edukazzjoni sekondarja fl-iskola Sir Temi Zammit, in-Naxxar u wara ħadem ukoll fil-qasam turistiku. Daħal mal-patrijiet fil-15 ta’ Settembru 1981. Kompla l-istudji terzjarji (Filosofija u Teoloġija) fl-INSERM, is-Seminarju, u l-Università ta’ Malta.

      Patri William kien ordnat saċerdot fis-6 ta’ Lulju 1990. Serva bħala gwardjan tal-kunventi ta’ San Franġisk il-Belt Valletta u Birkirkara.

      Il-Parroċċa tal-Qawra tiġbor fiha madwar 7,080 persuna f’2,500 familja.

    • Patri Michael Attard OFM Conv. huwa mil-Parroċċa ta’ Marija Bambina, x-Xagħra Għawdex u twieled nhar it-28 ta’ Mejju 1967. Fl-1988 huwa beda n-Novizzjat fl-Ordni tal-Franġiskani Konventwali, u għamel l-Professjoni Solenni fl-24 ta’ Settembru 1993. Studja l-Filosofija u Teoloġija fil-Kulleġġ Duns Scotu u fil-Fakultà ta’ San Ġiovanni ta’ Palermo fi Sqallija.

      Patri Michael ġie ordnat saċerdot fl-24 ta’ Ġunju 1995, fid-Djoċesi t’Għawdex. Huwa serva fil-komunitajiet ta’ San Pawl il-Baħar bħala viċi-kappillan, Gwardjan ir-Rabat, Għawdex, Rettur tal-Knisja ta’ San Massimiljan Kolbe ta’ Buġibba (Qawra), u bħala Gwardjan u Rettur tas-Santwarju Madonna tas-Saħħa, ir-Rabat, Malta.

      Il-Parroċċa ta’ San Pawl il-Baħar tiġbor fiha madwar 5,000 persuna f’2,100 familja.