• Filmat miġbud mill-ajru waqt il-ftuħ tal-Bieb tal-Ħniena fil-Katidral tal-Imdina ġibed l-attenzjoni ta’ eluf ta’ nies hekk kif s’issa ntwera aktar minn 10,000 darba. Il-filmat juri xeni tal-kongregazzjoni mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’purċissjoni li bdiet mill-Knisja ta’ San Mark, ir-Rabat. Il-produzzjoni tal-filmat hija tal-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Kurja.