• L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Karm Mercieca bħala Arċipriet tal-Parroċċa ta’ Santa Katarina Verġni u Martri, iż-Żurrieq. 

      Dun Karm Mercieca twieled fil-25 ta’ Frar 1953. Huwa ġie ordnat saċerdot fid-19 ta’ Ġunju 1977. L-ewwel ħidma pastorali tiegħu kienet bħala Viċi-Kappillan f’Ħal Qormi. Bejn l-1989 u l-2010, Dun Karm serva bħala kappillan fi tliet parroċċi: Ħal Għargħur, Ħal Tarxien u l-Mellieħa.

      Għal dawn l-aħħar ħames snin huwa kien Assistent Direttur fil-Moviment ta’ Kana waqt li kien joffri servizz fil-Parroċċa ta’ San Ġorġ Martri f’Ħal Qormi.

      Il-Parroċċa taż-Żurrieq tiġbor fiha madwar 11,300 persuna fi 3,700 familja.