L-Indulġenza Plenarja

  • Waħda mill-inizjattivi matul is-Sena tal-Ħniena hi marbuta mall-Bibien tal-Ħniena li l-Qdusija Tiegħu il-Papa Franġisku xtaq li jinfetħu f’Ruma u fid-djoċesijiet kollha tad-dinja. Fl-Arċidjoċesi ta’ Malta infeħu il-Bieb tal-Katidral tal-Imdina, il-Bieb tas-Santwarju tal-Madonnna tal-Mellieħa u l-Bieb tal-Oratorju tal-Kurċifiss (fejn tinżamm ix-xbieha devota ta’ Ġesù Redentur mal-Bażilika ta’ Marija Bambina fl-Isla.Kull min jgħaddi minn dawn il-bibien jista’ jirbaħ l-Indulġenza Plenarja, u japplikaha għalih innifsu jew għal xi ħadd ieħor. B’dan il-ġest sempliċi il-Knisja trid turina il-ħniena li Alla jrid juri ma kulmin irid jitħabbeb miegħu mill-ġdid.
    L-Indulġenza Plenarja tfisser li persuna tkun meħlusa mit-tpattija tad-dnubiet tagħha. Għalhekk huwa meħtieġ li biex tintrebaħ l-Indulġenza l-persuna li tirċeviha tkun fi stat ta’ grazzja, jiġifieri li tkun niedma tassew minn dnubietha u b’dawn il-kundizzjonijiet:
    1. Il-persuna tkun tassew niedma minn dnubietha b’tali mod li tkun maqtugħa mid-dnub, anke venjali, b’intenzjoni li ma terġax tidneb.
    2. Dan ifisser ukoll li l-persuna tkun qerret u tqarbnet waqt il-Quddiesa u titlob skont l-intenzjoni tal-Papa (ngħidu aħna billi titlob it-talba tal-Missierna u s-Sliema). Il-qrara u t-tqarbina jistgħu iseħħu sa għoxrin (20) jum jew qabel jew wara li l-persuna tkun għaddiet minn wieħed mill-Bibien tal-Ħniena imxerrda fid-dinja kollha.
    F’kas ta’ persuni li għal xi raġuni valida, (ngħidu aħna ma jistgħux jivvjaġġaw, ikunu morda jew anzjani jew b’diżaibilità serja) jistgħu jittieħdu fi kwalunkwe knisja bl-istess kundizzjonijiet.  Jekk lanqas dan ma jkun jista’ jsir, l-Indulġenza tista tintrebaħ ukoll mid-dar jew residenza fejn il-persuna tinsab, bl-istess kundizzjonijiet. Minflok il-Quddiesa, il-persuna tista’ titlob ir-Rużarju jew il-Via Sacra jew xi talb ieħor weħidha jew aħjar mal-familja.