Fl-okkażjoni tat-tberik tal-ewwel ġebla taċ-Ċentru pastorali, nhar il-Ħadd 31 ta’ Jannar 2010, Mons Arċisqof Pawlu Cremona iċċelebra quddiesa konċelebrata mal-kleru tal-Parrocca fejn fiha saħaq fuq il-bzonn li dan iċ-ċentru ma jibqax biss struttura bla ħajja imma jkun post miftuħ għal kulħadd u jkun mibni  fuq il-valuri tar-rispett u l-imħabba li għandu jkollna lejn kull membru tal-komunita’ parrokkjali. Wara l-Arċisqof segwa lil Qrendi Scouts flimkien man-nies tal-parroċċa lejn iċ-ċentru fi Triq iż-Zurrieq lejn bini aktar kbir minn dak li kien hemm u li hu maħsub li jkun jista’ jilħaq għanijiet aktar wiesa u b’mezzi aktar adatti għal-żmienijietna u sabiex il-ħtiegijiet varji tal-membri tal-Parroċċa tal-Qrendi isibu lokal iktar adatt, modern, sabih u akkoljenti. F’dan il-post il-ġdid il-komunita’ tal-parroċċa se tkun tista’ tiżviluppa il-ħiliet umani, kulturali, edukattivi  u spiritwali għall-ġid tal-istess komunita’.

Photos: Melvin Bugeja