• San Ġwann 14:23-29
    Ġesù qal lid-dixxipli:
    “Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti,
    u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu. 
    Min ma jħobbnix ma jħarisx kliemi.
    U l-kelma li qegħdin tisimgħu m’hijiex tiegħi,
    imma tal-Missier li bagħatni.
    “Għedtilkom dan meta għadni magħkom.
    Imma d-Difensur, l-Ispirtu s-Santu, li l-Missier jibgħat f’ismi,
    jgħallimkom kollox u jfakkarkom dak kollu li għedtilkom.
    Jiena nħallilkom is-sliem; nagħtikom is-sliem tiegħi;
    ma nagħtihulkomx kif tagħtih id-dinja.
    Tħallux qalbkom titħawwad u anqas titbeżża’. 
    Smajtu x’għedtilkom: Jiena sejjer u nerġa’ niġi għandkom.
    Kieku kontu tħobbuni, kontu tifirħu li sejjer għand il-Missier,
    għax il-Missier hu akbar minni. 
    U għedtilkom dan minn issa qabel ma jseħħ,
    biex meta jseħħ temmnu. 
    Qaddis tal-jum: San Markulf