• Illum, l-24 ta’ Mejju 2016, kompla l-kors ta’ Aġġornament tal-Kleru, fejn qed jattendu s-saċerdoti djoċesani, flimkien mal-Arċisqof, fis-Seminarju tal-Virtù.
    Fl-ewwel sessjoni, Rev. Dr Stefan Attard tkellem dwar il-persuna Bibblika ta’ David bħala sultan tal-poplu Lhudi u t-tradizzjoni li żviluppat fuqu wara mewtu. Fr Attard iffoka fuq il-punt li iktar ma għadda ż-żmien, il-figura ta’ David dejjem saret pożittiva u dejjem iktar tixbaħ lill-Messija. Fr Attard irrifletta dwar il-persuna tas-saċerdot jekk tirriflettix lil Alla fihom, bħalma kienet f’David.
    Fit-tieni sessjoni, il-Prof Anthony J. Frendo, fost punti oħra, innota kemm David irrispetta l-mexxejja ta’ żmienu, u staqsa kemm il-Kleru għadux jirrispetta l-awtoritajiet li jiggwidaw lill-poplu ta’Alla.