• Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ltaqa’ mal-edituri tal-aħbarijiet u appella biex f’Malta verament ikun hawn ambjent ta’ djalogu demokratiku, fejn persuna tkun tista’ tesprimi l-opinjoni tagħha mingħajr ma tiġi attakkata b’mod distruttiv għal dak li tgħid. Il-libertà responsabbli tal-espressjoni m’għandiex twassal għall-assassinju tal-karattru (character assassination). Meta jiġri hekk, inkunu qed nitilfu kull opportunità li niddjalogaw biex flimkien infittxu li naqdu l-ġid komuni. Fl-era diġitali, lkoll għandna l-potenzjal li b’dak li ngħidu nikkontrobwixxu għal djalogu demokratiku li jibni u mhux ikisser.