• Il-komunikazzjoni għandha l-qawwa li tibni l-pontijiet, li tiffavorixxi l-laqgħa u l-inklużjoni, u hekk tagħni lis-soċjetà kollha. Kemm hi ħaġa sabiħa meta persuni jagħżlu b’attenzjoni kbira l-kliem u l-ġesti tagħhom, bi sforz biex jegħlbu n-nuqqas ta’ ftehim, ifejqu l-memorja miġruħa u jibnu paċi u armonija. Il-kliem jista’ jsawwar pontijiet bejn il-persuni, il-familji, il-gruppi soċjali, il-popli. Dan hu possibbli kemm fl-ambjent fiżiku u kemm f’dak diġitali. Il-kliem u l-azzjonijiet tagħna għandhom jgħinuna noħorġu miċ-ċrieki vizzjużi tal-kundanni u tal-vendetti, li jibqgħu jżommu mjassra l-individwi u n-nazzjonijiet, u li jwassluhom biex jesprimu ruħhom b’messaġġi ta’ mibegħda. Min-naħa l-oħra, il-kelma tan-Nisrani tfittex li tkabbar il-komunjoni u, anki meta jkollha tikkundanna l-ħażen bi kliem iebes, xorta tfittex li qatt ma tfarrak ir-relazzjoni u l-komunikazzjoni. Agħfas hawn biex tkompli taqra l-messaġġ tal-Papa Franġisku għall-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali.