• Il-Papa Franġisku qed jiltaqa’ ma żewg miljun żagħżugħ u żagħżugħa fil-Polonja għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Minn Malta qed jattendu ‘il fuq minn 650 żagħżugħ u żagħżugħa ġejjin minn 23 għaqda reliġjuża differenti u minn diversi parroċċi – mument tassew importanti fil-ħajja tal-membri żgħażagħ tal-Knisja f’Malta.

    L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħeġġeġ liż-żgħażagħ biex iħallu lil Ġesù jkellimhom permezz ta’ din l-esperjenza straordinarja, li qal tista’ tħalli l-frott fil-qalb ta’ kull persuna u fejn wieħed jista’ jkollu wkoll esperjenza sabiħa ta’ rikonċiljazzjoni. L-Arċisqof ħeġġiġhom biex matul l-esperjenza tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, jagħrfu iżjed x’irid Alla minnhom, u wara din l-esperjenza jkunu ‘Appostli ta’ Kristu’ f’Malta jew fejn Alla jixtieq jeħodhom. Agħfas hawn biex issegwi ‘live’ l-attivitajiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.