• Mons. Carmel Zammit, l-Isqof il-ġdid ta’ Ġibiltà, se jingħata l-ħatra f’Ingress Solenni, għada, l-24 ta’ Settembru 2016, f’nofsinhar. L-Arċisqof Charles J. Scicluna se jkun wieħed mill-Isqof Konċelebranti fiċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa. Il-kleru se jitlaq bil-mixi f’purċissjoni minn John Mackintosh Square għas-servizz fil-Katidral ta’ Santa Marija Inkurunata. 

    Mons. Carmel Zammit kien ordnat Isqof fil-Katidral tal-Imdina iktar kmieni dan ix-xahar, imma se jieħu l-kariga bħala l-Isqof tad-Djoċesi ta’ Ġibiltà, għada.  

    L-Ingress Solenni se tkun imxandra ‘live’ fuq l-istazzjon GBC u r-Radju Gibraltar Plus minn nofsinhar. It-trasmissjoni se tkun imxandra wkoll fuq is-sit tal-istazzjon GBC. Agħfas hawn għall-‘live link’