• F’ Jum l-Indipendenza, l-Arċisqof Charles J. Scicluna rrefera għal erba’ valuri – l‑unità, it‑tjubija, il‑verità u s‑sbuħija – bħala kriterju għal governanza tajba. L-Arċisqof semma kif Gvern għandu jfittex l‑unità nazzjonali. B’kuntrast, il-governanza li tifred hija tradiment u velenu għall-ġid komuni tas-soċjetà. Kull Gvern għandu jħares ukoll il-valur tat-tjubija, fejn il-ġid komuni ma jiġix issagrifikat għall-egoiżmu tal-ftit. It-tielet valur hija l-verità. Fejn hemm governanza mibnija fuq it‑tgħawwiġ tal‑verità, fuq il‑ftehimiet oskuri u fuq ir‑rifjut stinat tal‑iskrutinju tal‑pubbliku, minkejja l‑ħafna liġijiet u wegħdiet solenni, ma jistax ikollok governanza tajba. Ir-raba’ valur huwa s-sbuħija. Gvern li ma jehdiex jistinka biex iħares u jirrestawra l‑wirt tagħna, li b’entużjażmu jiddefendi s‑safa tal‑ibħra tagħna, li jippermetti biss żvilupp sostenibbli, huwa Gvern li għandu għal qalbu s‑sbuħija, li jesprimi l‑għerf tal‑qalb tan‑nazzjon, id‑dehen sabiħ ta’ din l‑Art Ħelwa. Segwi l-omelija tal-Arċisqof billitagħfas hawn.