Kummissjonijiet Interdjoċesani

  • Ambjent

    Mario Camenzuli

    Telefown: 25906510
    Imejl: ambjent@maltadiocese.org

    Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent tħabrek biex toħloq kuxjenza kemm fil-Knisja kif ukoll fis-soċjetà dwar kif ir-responsabbiltà u l-etika lejn l-ambjent għandhom l-għeruq tagħhom fil-fidi u l-imħabba lejn il-Ħallieq. L-għan tal-Kummissjoni hu li dan is-sens ta’ responsabbiltà jissarraf f’inizjattivi konkreti u prattiċi fid-djoċesijiet ta’ Malta u ta’ Għawdex li jservu ta’ dawl u eżempju għas-soċjetà. Agħfas hawn għal iktar informazzjoni. 


    Patrimonju Kulturali Kattoliku

    Simone Mizzi

    Telefown: 25906404
    Imejl: fond.pkam@gmail.com

    Il-Kummissjoni Patrimonju Kulturali Kattoliku tirsisti biex jiġi mħares u tippromovi l-patrimonju kulturali tal-Knisja Kattolika fil-Gżejjer Maltin, kif ukoll taqdi l-funzjonijiet u teżerċita l-kompetenzi stabiliti fil-Liġijiet ta' Malta dwar il-Patrimonju Kulturali tal-Knisja Kattolika f'Malta.