Nhar il-Ħadd, 14 ta’ Frar 2010, fl-okkażjoni tal-Miġja tal-Papa f’Pajjiżna, ż-ŻAK Mosta organizzat mixja ta’ katekeżi. Il-Mixja ġiet organizzata miż-żgħazagħ ta’ dan il-grupp, li attendew bi ħġarom għal din l-attivita’. Iċ-ċelebrazzjoni bdiet minn fejn il-Millenium Chapel, Paċeville, fejn is-Salib u l-Ikona, replika ta’ dawk mogħtija liż-żgħażagħ mill-Papa Ġwanni Pawlu II,  ġew trasportati lejn il-Knisja Arċipretali tal-Mosta. Iż-żgħażagħ taż-ŻAK animaw il-Quddies u wara kemm iż-żgħażagħ kif ukoll il-banner imħejji għall-okkażjoni ġew imberkin. Wara t-tberik iż-żgħażagħ mxew bis-Salib u l-Ikona sal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu’, fejn hemm Fr. Blake Camilleri ħejja Katekeżi għal dawk kolla preżenti bit-tema ‘l-Imħabba’.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]

Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.