Il-Mosta

  • Għalkemm Mons. Dusina, fir-rapport taż-żjara pastorali tiegħu fl-1575 ħalla miktub li l-Mosta kienet parroċċa; fil-fatt saret parroċċa fl-1608, u n-nies tar-raħal minnufiħ bdew jaħsbu għall-bini tal-knisja ġdida fuq il-pjanta ta' Tumas Dingli. Din il-knisja twaqqgħet biex timbena l-knisja li hemm illum fuq disinn tal-Perit Ġorġ Grognet de Vasse.

  • Numru ta' Parruċċani: 20,000

    Numru ta' Familji: 7,000

  • Knisja Arċipretali ta' Santa Marija

    Data tad-dedikazzjoni: 15 ta' Ottubru, 1871

  • Arċipriet

    Dun Sebastian Caruana

  • Uffiċċju Parrokkjali

    15 Triq il-Knisja,

    Mosta MST 2015

  • Ħinijiet tal-Uffiċċju

    It-Tnejn u l-Erbgħa:

    9.00 - 11.00am
    4.30 - 6.00pm

    Il-Ġimgħa:

    4.30 - 6.00 pm

    Is-Sibt:

    9.00 - 11.00 am

  • Telefon

    2143 3826

  • Presbiterju Parrokkjali

    Dun Sebastian Caruana, Arċipriet
    Dun Antoine Borg
    Dun Salvu Borg
    Mons Mario Camilleri
    Dun Rafel Demartino
    Dun Sergio Fenech, Segretarju
    Mons Angelo Grech
    Dun Gwann Sammut
    Dun Pawl Sciberras
    Dun Edgar Vella
    Dun Willie Vella
    Dun André Zaffarese
  • Saċerdoti oħra residenti fil-parroċċa

    Mons Joe Carabott
    Dun David Muscat

    Kunsill Pastorali Parrokkjali

    President: Dun Sebastian Caruana, Arċipriet

    Moderatur: Sur Joe Deguara

    ​Segretarju: Ms Mariosa Micallef

    Kunsill Ekonomiku Parrokkjali

    President: Dun Sebastian Caruana, Arċipriet

    Segretarju: Sur Mario Riolo

    Chairperson: Sur Sebastian Mangion

  • Quddies

    Ħdud u Festi: 6.00, 7.00, 8.00, 9.30, 11.00am; 5.30pm

    Sibtijiet Filghaxija: 5.00pm - 6.30pm

    Granet Ferjali: 6.00, 6.30, 7.00, 7.45, 8.30am; 6.30pm

  • Żoni Pastorali

    (imwaqqfin b'digriet tas-17 Ottubru 1988)

    • Il-Bidnija

    Il-knisja tal-Bidnija nbniet fl-1920 u giet dedikata lill-Familja Mqaddsa ta' Ġesù , Marija u Ġużeppi; fl-1991 il-knisja saret ċentru ghall-attivitajiet pastorali.

  • Rettur

    Dun Rafel Demartino

    Familji: 62

  • Quddies

    Ħdud u Festi: 11.00am

    Ġranet Ferjali: 6.00pm (xitwa); 6.30pm (sajf)

    • Ta' Mlit

    Il-kappella hi dedikata lil Marija Omm il-Knisja u ġiet imbierka fit-30 ta' Ottubru 1998. Id-Dar tad-Duttrina tlestiet f'Settembru 1999.

  • Rettur

    Dun André Zaffarese

    Familji: 700

  • Quddies

    Ħdud u Festi: 9.00am, 10.30am

    Sibtijiet filgħaxija: 6.00pm

    Ġranet Ferjali: 7.15am 6.00pm

    • San Andrija

    Iċ-Ċentru infetaħ fl-1991.

  • Rettur

    Dun Antoine Borg

    Familji: 400

  • Quddies

    Ħdud u Festi: 8.00am

    Ġranet Ferjali: 6.00pm

    • Santa Margerita Verġni u Martri

    Iz-żona għandha kappella ddedikata lil Ġesù Feddej li tinsab fi Triq il-Midbaħ.

  • Rettur

    Dun Sebastian Caruana

    Familji: 650

  • Quddies

    Ħdud u Festi: 9.00am

    Ġranet Ferjali: 6.30pm

  • Knejjes u Kappelli Filjali

  • Knisja ta' San Anton Abbati

    Il-knisja nbniet fl-1657 flok knisja oħra li kienet nbniet fl-1575.

  • Quddies

    Ħdud u Festi: 7.30am

  • Knisja ta' San Silvestru

    Il-knisja nbniet fl-1657; illum fiha jiġu mfakkra d-dehriet tal-Madonna f'Lourdes.

  • Knisja ta' San Leonardu

    Din il-knisja nbiet fl-1659 flok knisja oħra li kienet teżisti fi zmien il-viżta pastorali ta' Mons. Dusina fl-1575. Fiha ssir is-supplika tal-Madonna ta' Pompej fit-8 ta' Mejju.

  • Rettur

    Dun Sebastian Caruana, Arċipriet

  • Knisja tal-Kunċizzjoni

    Il-knisja nbniet fl-1658, u reġgħet inbniet fl-1965 wara li ġiet meqruda mill-bombi fl-aħħar gwerra.

  • Knisja tal-Viżitazzjoni (Ta' Wejda)

    Il-knisja nbniet fl-1610: iġġarfet bil-gwerra, iżda reġgħet inbniet meta ntemmet il-gwerra.

  • Rettur

    Arċipriet

  • Quddies

    Ħdud u Festi: 8.30am

  • Knisja Santa Margerita

    Il-knisja hi antika ħafna u magħha hemm iċ-ċimiterju fejn indifnu dawk li mietu bil-pesta tal-1592.

  • Rettur

    Dun Sebastian Caruana, Arċipriet

  • Knisja ta' l-Isperanza

    Il-knisja nbniet fl-1761 fuq għar fejn skond it-tradizzjoni xebba minn Burmarrad staħbiet biex ma taqax f'idejn xi furbani Misilmin.

  • Rettur

    L-Arċipriet

  • Knisja ta' San Pawl l-Ewwel Eremita

    Din il-knisja tinsab f'Wied il-Għasel. Fiha ssir festa ta' San Pawl l-ewwel eremita, u tal-Verġni Marija Omm il-Grazzja.

  • Kappelli tar-Reliġjużi

  • Kappella ta' Santa Monika

    Is-Sorijiet Agostinjani fetħu dar fil-Mosta fl-1929, iżda tant kibret il-ħidma tagħhom li ħassew il-ħtieġa li jibnu istitut ġdid fl-1952. il-kappella ta' l-istitut hi miftuħa għan-nies.

  • Quddies

    Ħdud u Festi: 7.00am, 8.30am

    Sibtijiet: 6.30am; 6.30pm

    Ġranet Ferjali: 6.30am

  • Kappella Madonna tal-Karmnu

    Is-sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta' Ġesù fetħu d-dar "Pax et Bonum" fil-Mosta fl-1961 bħala dar għall-anzjani.

  • Quddies

    Ħdud u Festi: 6.30, 9.30am

    Ġranet Ferjali: 6.30, 9.00am

  • Kappella tal-Adorazzjoni

    Mustina

    Indirizz:

    Sorijiet tal-Bon Pastur
    Dar Sta Euphrasia,
    Triq Ġwanni XXIII,
    Mosta, MST 1123


    Ħinijiet tal-Ftuħ:

    Mit-Tnejn sal-Ġimgħa (barra l-Ħamis):
    8.30am - 9.00pm

    Il-Ħamis u s-Sibt:
    8.30am - 6.00pm