• Nhar it-Tnejn 17 ta’ Ottubru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ltaqa’ ma’ grupp ta’ studenti tat-Teoloġija mill-Università ta’ Notre Dame, l-Istati Uniti. Il-laqgħa saret fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. L-istudenti Amerikani jinsabu Malta għal pellegrinaġġ, fejn kellhom laqgħat ma’ katekisti Maltin tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.EU.M). Huma żaru wkoll diversi postijiet ta’ qima u devozzjoni reliġjuża.
  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja