• ****

    Direttur:  Scott Derrickson

    Atturi: Benedict Cumberbatch, Chiwetel Eliofor, Rachel McAdams, Benedict Wong, Michael Stuhlbarg, Benjamin Stuhlbarg, Benjamin Bratt, Scott Adkins, Mads Mikkelsen u Tiilda Swinton

    Ħin tal-Film: 115 min

    Maħruġ minn KRS Releasing  td.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:  12

    Doctor Sephen Strange hu newrologu magħruf madwar id-dinja kollha, tant li llum il-ġurnata hu bniedem ta’ fama u sinjur kbir. Għalkemm kien brillanti tabilħaqq fix-xogħol li kien jwettaq ġewwa sptar f’Manhattan, iżda sfortunatament, is-suċċess fil-karriera tieghu  għamlitu arroganti u kien jaħseb li hu biss kien jaf kollox. F’inċident bil-karozza tiegħu waqt li kien qiegħed juża l-mowbajl tiegħu biex jibgħat messaġġ,  Strange jitlef il-kontrol u l-karozza spiċċat toħroġ barra mit-triq u tispiċċa f’għadira ilma. Għalkemm b’xorti tajba baqa’ ħaj, iżda tfarrak sew tant li spiċċa operat. B’riżultat ta’ dan l-inċident,  Strange tilef kull sens fis-swaba ta’ idejh.  X’sejjer jagħmel issa li tilef karriera li kienet ġabitlu fama kbira? Biex forsi jerġa’ jsib mod li jsib fejqan, Strange jingħata parir li jmur in-Nepal fejn hemm qalulu li kien hemm mexxej ta’ guru jew nekromant li kellu l-ħila li jerġa’  jfejqu għal kollox. Wara vjaġġ li għamel lejn in-Nepal, Strange ssib li l-misterjuż Ancient One, kienet mara mistika li kienet megħjuna minn żewġ studenti Mordo u Wong.  Minn hawn Strange jgħaddi minn numru ta’ provi u li fosthom l-iktar li sab diffiċli kienet dik li jsib lilu nnifsu. Jgħaddi ż-żmien u Strange jibda jitgħallem u jifhem l-arti ta’ mistiċiżmu. Mhux dejjem kienet faċli għalih u l-Ancient One kellha mhux biss tieħu paċenzja bih,  iżda wkoll tippersevera biex fl-aħħar mhux biss li Strange jsib missjoni oħra x’jaqdi u jħalli warajh il-karriera li xtaq li jkompli, iżda li meta  jsir mgħallem fl-arti mistika, jingħaqad magħha biex jeħduha kontra Kaecilius, li darba kien student tagħha,  u li issa kien il-mexxej tal-forżi tal-ħażen.

    Film Amerikan msejjes fuq karattru tal-Komiks Marvel, hu l-erbatax –il film maħrug minn Marvel Cinematic Universe. Il-film hu taħt id-direzzjoni ta’ Scott Derrickson li wkoll kiteb l-iskritt ma’ C. Robert Cargill. Il-protoganista tal-film hu Dr. Stephen Strange li wara inċident serju bil-karozza spiċċa jitlef il-karriera ta’ newrologu. Biex forsi jerġa’ jakkwista l-użu ta’ idejh, imur Nepal ifittex nekromant biex forsi jfejqu. Minħabba l-istorja fiha nfissha li tmiss mal-arti  mistika, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax-il sena.