Proċess tad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja

  • DĦUL FL-ISKEJJEL TAL-KNISJA 2017-2018

     

    Il-proċess tad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta jiddetermina d-dħul fl-ewwel u t-tieni sena kindergarten, fl-ewwel sena primarja u fl-ewwel sena sekondarja.  Id-dħul fl-iskejjel tal-Knisja huwa marbut mas-sena tat-twelid.  Applikazzjonijiet għad-dħul fil-livelli differenti għandhom isiru skont kif spjegat hawn taħt. 

     

    Informazzjoni dettaljata tinstab fir-Regolamenti għad-Dħul li jistgħu jinkisbu wkoll mill-istess skejjel tal-Knisja. Agħfas fuq is-sena rispettiva biex tniżżel ir-Regolamenti għad-Dħul:

    Fl-ewwel sena kindergarten dawk li twieldu fis-sena 2014

    Fit-tieni sena kindergarten dawk li twieldu fis-sena 2013

    Fl-ewwel sena primarja dawk li twieldu fis-sena 2012

    Fl-ewwel sena sekondarja dawk li twieldu fis-sena 2006.

    St Francis - Agħfas fuq St Francis biex tniżżel ir-Regolamenti għat-Transfer ta' Studenti bejn l-iskejjel.

    Każijiet Serji - Agħfas fuq Każijiet Serji biex tniżżel ir-Regolamenti għad-Dħul.

    Asylum Seekers - Agħfas fuq Asylum seekers biex tniżżel ir-Regolamenti għad-Dħul.

     

    Agħfas hawn biex tniżżel id-Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data.

    ĊIRKULARI DWAR POSTIJIET GĦAT-TFAL FL-ISKEJJEL TAL-KNISJA

    Agħfas hawn biex tniżżel informazzjoni dwar postijiet fl-Ewwel Sena Kindergarten. 

    Agħfas hawn biex tniżżel informazzjoni dwar postijiet fit-Tieni Sena Kindergarten.

    Agħfas hawn biex tniżżel informazzjoni dwar postijiet fl-Ewwel Sena Primarja. 
    Agħfas hawn biex tniżżel informazzjoni dwar postijiet fl-Ewwel Sena Sekondarja.

  • Lorem ipsum dolor sit amet,consectetur adipiscing elit. Nunc nec nisi nec dolor facilisis convallis. Maecenas faucibus luctus est et vulputate. Sed dictum dapibus eros, eget sodales libero ullamcorper vitae. Praesent quis cursus lacus, nec vulputate orci. Suspendisse sed enim varius, pharetra est a, egestas libero. Quisque at urna libero. Aenean mauris nisi, egestas nec varius porta, eleifend sed magna. Quisque at tempor sem.

  • RIŻULTATI TAL-POLOZ

    Agħfas hawn biex tniżżel ir-Riżultat tal-Poloz tal-Każijiet Serji Applikanti Skola Bla Kontinwità 2017.
  •  

    DATI - MILI TA’ APPLIKAZZJONIJIET

     

    1. APPLIKAZZJONIJIET SKONT L-EWWEL KRITERJI:

    Applikazzjonijiet skont il-Kriterji ta’ Tfal minn Djar tal-Knisja, tal-Impjegati, tal-Aħwa, ta’ transfers, ta’ tfal li ngħatatilhom eżenzjoni mill-attendenza, u tfal minn Skola tal-Knisja bla Kontinwità (Para. 1 a-f), isiru:

    • online fuq is-sit http://knisja.org/applications mill-Erbgħa 16 ta’ Novembru sal-Ġimgħa 25 ta’ Novembru 2016
      JEW
    • fl-iskejjel li jservu ta’ ċentri:
      • fis-Seminarju r-Rabat
      • f’St Angela School Zabbar
      • f’St Elias College Santa Venera, JEW
      • f’St Michael’s School Santa Venera, 
    •  bejn id-9.00 ta’ filgħodu u s-2.00 ta’ wara nofsinhar:
      • it-Tnejn 21 (kunjomijiet bl-ittri A-C),
      • it-Tlieta 22 (kunjomijiet bl-ittri D-M) u
      • l-Erbgħa 23 ta’ Novembru 2016 (kunjomijiet bl-ittri N-Z)

     Il-ħlas għall-applikazzjoni hu ta’ €15.

    Dikjarazzjoni mill-iskola tagħhom 14/15/16 ta’ Novembru 2016 mid-9.00 sa nofsinhar.

    • Agħfas hawn biex tniżżel din il-formula għall-Kriterju 1a - Tfal mid-Djar tal-Knisja.
    • Agħfas hawn biex tniżżel din il-formula għall-Kriterju 1b - Impjegati.
    • Agħfas hawn biex tniżżel din il-formula għall-Kriterju 1ċ - Aħwa.
    • Agħfas hawn biex tniżżel din il-formula għall-Kriterju 1d - Transfers.
    • Agħfas hawn biex tniżżel din il-formula għall-Kriterju 1f - Skejjel bla kontinwità.

     

    Applikazzjonijiet tard tal-Ewwel Kriterju (Para. 1a-f):

    • online fuq is-sit http://knisja.org/applications mill-Ħamis l-1 ta’ Diċembru sal-Ħamis 15 ta’ Diċembru, 2016
      JEW
    • fil-Kurja tal-Arċisqof nhar il-Ħamis 15 ta’ Diċembru 2016 bejn id-9.00 a.m. u s-1.00 ta’ wara nofsinhar.
     Il-ħlas għall-applikazzjoni tard hu ta’ €20.
     
    1. APPLIKAZZJONIJIET SKONT IL-KRITERJU KAŻIJIET SERJI

        2.1  Każijiet Serji l-Ewwel Kriterji:

    Applikazzjonijiet skont il-Kriterji ta’ Tfal minn Djar tal-Knisja, tal-Impjegati, tal-Aħwa, ta’ transfers, ta’ tfal  li ngħatatilhom eżenzjoni mill-attendenza, u tfal minn Skola tal-Knisja bla Kontinwità (Para. 1 a-f), isiru:

    Online fuq is-sit http://knisja.org/applications mill-Erbgħa 16 ta’ Novembru sal-Ġimgħa 25 ta’ Novembru 2016
    JEW
    billi l-ġenituri jċemplu għal appuntament mit-Tnejn 14 sal-Erbgħa 16 ta’ Novembru 2016 bejn it-8.30 ta’ filgħodu u s-2.00 ta’ wara nofsinhar fuq in-numru tat-telefown 2590 6306 jew 2590 6756.

    Fl-ewwel ġurnata jċemplu dawk ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri A-C.

    Fit-tieni ġurnata dawk ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri D-M.

    Fit-tielet ġurnata dawk ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri N-Z. 

    Il-ħlas għall-applikazzjoni hu ta’ €15.

    Dikjarazzjoni mill-iskola tagħhom 14/15/16 ta’ Novembru 2016 mid-9.00 sa nofsinhar. 

    • Agħfas hawn biex tniżżel il-formula għall-Kriterju 2a - Tfal mid-Djar tal-Knisja.
    • Agħfas hawn biex tniżżel il-formula għall-Kriterju 2b - Impjegati.
    • Agħfas hawn biex tniżżel il-formula għall-Kriterju 2ċ - Aħwa.
    • Agħfas hawn biex tniżżel il-formula għall-Kriterju 2d - Transfers.
    • Agħfas hawn biex tniżżel il-formula għall-Kriterju 2f - Skejjel bla kontinwità.

    Applikazzjonijiet bl-appuntament: Il-Kurja tal-Arċisqof, Floriana 21/22/23 ta’ Novembru 2016

    Applikazzjonijiet tard għall-Kaijiet Serji tal-Ewwel Kriterju (Para. 1a-f):

    • online fuq is-sit http://knisja.org/applications mill-Ħamis l-1 ta’ Diċembru sal-Ħamis 15 ta’ Diċembru, 2016
      JEW
    • fis-Segretarjat Edukazzjoni Nisranija, 16 Il-Mall Floriana nhar il-Ħamis 15 ta’ Diċembru 2016 bejn id-9.00 a.m. u s-1.00 ta’ wara nofsinhar għal Każijiet Serji l-Ewwel Kriterju.
     Il-ħlas għall-applikazzjoni tard hu ta’ €20.

     

       2.2  Każijiet Serji t-Tielet Kriterju: Applikanti Oħra

    Online fuq is-sit http://knisja.org/applications mill-Erbgħa 18 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 3 ta’ Frar 2017

    JEW

    billi l-ġenituri jċemplu għal appuntament mit-Tnejn 23 sal-Ħamis 26 ta’ Jannar 2017 bejn it-8.30 ta’ filgħodu u t-3.00 ta’ wara nofsinhar fuq in-numru tat-telefown 25906306 jew 25906756.

    Fl-ewwel ġurnata jċemplu dawk ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri A-C.
    Fit-tieni ġurnata dawk ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri D-M. 
    Fit-tielet ġurnata dawk ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri N-Z.
    Ir-raba’ ġurnata hija miftuħa għal kulħadd.

    Applikazzjonijiet bl-appuntament: Il-Kurja tal-Arċisqof, Floriana 30/31 ta’ Jannar u l-1/2 ta’ Frar 2017.

    Il-ħlas għall-applikazzjoni hu ta’ €15.

    .

    1. APPLIKAZZJONIJIET SKONT IT-TIELET KRITERJU: APPLIKANTI OĦRA
    online fuq is-sit http://knisja.org/applications mill-Erbgħa 18 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 3 ta’ Frar, 2017
    JEW
    bejn id-9.00 ta’ filgħodu u nofsinhar f’dawn il-ġranet u f’waħda minn dawn l-iskejjel skont din l-iskeda:

     

    L-ewwel sena kindergarten: Twieldu fis-sena 2014

    It-Tnejn 30, it-Tlieta 31 ta’ Jannar u l-Erbgħa l-1 ta’ Frar

    Is-Seminarju - Rabat

    St Aloysius College Primary Balzan

    St Angela - Żabbar

    St Joseph – Paola

     

    It-tieni sena kindergarten: Twieldu fis-sena 2013

    It-Tnejn 23, it-Tlieta 24 u l-Erbgħa 25 ta’ Jannar

    Kulleġġ Missjunarju San Pawl - Rabat

    St Aloysius College Primary Balzan

    St Angela – Żabbar

    St Joseph – Blata l-Bajda 

     

    L-ewwel sena primarja: Twieldu fis-sena 2012

    It-Tnejn 30, it-Tlieta 31 ta’ Jannar u l-Erbgħa l-1 ta’ Frar

    De La Salle College - Birgu

    Kulleġġ Missjunarju San Pawl - Rabat

    St Aloysius College Secondary B’Kara

    St Augustine - Pietà

     

    L-ewwel sena sekondarja: Twieldu fis-sena 2006

    It-Tnejn 23, it-Tlieta 24 u l-Erbgħa 25 ta’ Jannar

    De La Salle College - Birgu

    Is-Seminarju - Rabat

    St Michael – St Venera

     St Elias – Santa Venera

    Fl-ewwel ġurnata jimtlew applikazzjonijiet ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri A-C.

    Fit-tieni ġurnata dawk ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri D-M. 

    Fit-tielet ġurnata dawk ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri N-Z.

     Il-ħlas għall-applikazzjoni hu ta’ €15.

     

    Applikazzjonijiet tard tal-Applikanti Oħra (Para. 3):

    • online fuq is-sit http://knisja.org/applications mill-Ħamis 9 ta’ Frar sal-Ħamis 23 ta’ Frar, 2017
      JEW
    • fil-Kurja tal-Arċisqof jew fl-iskola St Michael, Triq il-Kanun Santa Venera nhar il-Ħamis 23 ta’ Frar 2017 bejn id-9.00 a.m. u s-1.00 ta’ wara nofsinhar.
    • fis-Segretarjat Edukazzjoni Nisranija, 16 Il-Mall Floriana nhar il-Ħamis 23 ta’ Frar 2017 bejn id-9.00 a.m. u s-1.00 ta’ wara nofsinhar għal Każijiet Serji Applikanti Oħra.
     
     Il-ħlas għall-applikazzjoni tard hu ta’ €20.
     

    DOKUMENTI MEĦTIEĠA MILL-APPLIKANTI

    1.   Min japplika għandu jieħu miegħu dawn id-dokumenti:

     

    a.

    Il-Kattoliċi jippreżentaw Ċertifikat tal-Magħmudija (oriġinali, u mhux fotokopja).

    b.

    Estratt taċ-Ċertifikat tat-Twelid (tal-Insinwa) tat-tifel / tifla (oriġinali, u mhux fotokopja).

    ċ.

    Il-Karta tal-Identità ta’ missier jew omm it-tifel / tifla.  M’hemmx bżonn ta’ fotokopja.

    d.

    Ritratt tat-tifel / tifla (daqs ta’ passaport).

     e.

    Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, iffirmata mill-ġenituri jew il-kustodju. Agħfas hawn biex tniżżel din il-formola.

    f.

    Il-mili ta’ din l-applikazzjoni minn ġenitur wieħed, jew ta’ rappreżentant tal-ġenituri, tindika li hemm qbil bejn il-ġenituri li ssir din l-applikazzjoni.

    Jekk xi ħadd mill-ġenituri ma jaqbilx ma’ din l-applikazzjoni jew mhux infurmat bl-applikazzjoni, u ma tahx il-kunsens tiegħu/ tagħha, din l-applikazzjoni tirriżulta invalida.

     ġ.

    Meta l-Qorti ddeċidiet li l-kustodja u/ jew l-edukazzjoni tal-ulied hija konġunta, allura hemm bżonn il-firma (kunsens) taż-żewġ ġenituri.

     

    Mad-dokumenti mitluba f’a-ġ, iridu jiġu ppreżentati wkoll id-dokumenti msemmija hawn taħt skont il-kriterju li wieħed qed japplika fih:

    g.

    Jekk qed tapplika skont il-Kriterju ta’ Tfal minn Djar tal-Knisja:

    Dikjarazzjoni fuq formola apposta, mimlija u ffirmata mid-Direttur tad-Dar tal-Knisja li turi lit-tifel/ tifla huwa/ hija residenti fid-Dar tal-Knisja. Din id-dikjarazzjoni għandha ssir dakinhar tal-applikazzjoni. Għandha tiġi ndikata wkoll l‑iskola li għandu jinkiteb fiha t-tifel/ tifla. Agħfas hawn biex tniżżel din il-formula.

    għ.

    Jekk qed tapplika skont il-Kriterju tal-Aħwa:

    i.    Ċertifikat tat-twelid tar-Reġistru Pubbliku (tal-Insinwa) tal-aħwa l-oħra (oriġinali);

    ii.   Fotokopja tal-Karta tal-Identità taż-żewġ ġenituri;

    iii.  Dikjarazzjoni fuq formola apposta, mimlija u ffirmata mill-kap tal-iskola fejn jattendu

    l‑aħwa l-oħra; Agħfas hawn biex tniżżel din il-formula.

    iv. F’każ ta’ tfal adottati jew li qegħdin f’foster families, ċertifikat mill-Agenzija li jindika li t-tifel/tifla huma adottati, jew fostered mal-familja “long-term”.

     h.

    Jekk qed tapplika skont il-Kriterji tal-Impjegati, ta’ transfers jew ta’ Skola bla Kontinwità:

    Dikjarazzjoni fuq formola apposta, mimlija u ffirmata mill-kap tal-iskola.

    • Agħfas hawn biex tniżżel il-formula għall-Kriterju 1b - Impjegati. 
    • Agħfas hawn biex tniżżel il-formula għall-Kriterju 1d - Transfers.
    • Agħfas hawn biex tniżżel il-formula għall-Kriterju 1f - Skejjel bla kontinwità.
     

     ħ.

    Jekk qed tapplika skont il-Kriterju ta’ Każijiet Serji:

    Ittra bi spjegazzjoni tar-raġunijiet serji, ċertifikati rilevanti nkluż riżultat tas-sena ta’ qabel fejn hemm, l-istatement of needs maħruġ mill-istatementing moderating panel u l-IEP.  Meta l-każ għadu mhux konkluż mal-istatementing moderating panel tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, tiġi ppreżentata kopja tal-applikazzjoni għand l-istatementing board jew rapport dwar il-bżonnijiet tat-tifel/ tifla mingħand educational psychologist.

    Min ikun għadu ma ġiex statemented huwa obbligat li jippreżenta li statement of needs meta dan jingħata.

     

     

     2.

    Il-ħlas għall-applikazzjoni hu ta’ €15.

    Il-ħlas għal applikazzjoni tard hu ta’ €20.