• Fl-Eżortazzjoni Appostolika ‘Amoris Laetitia’ (Il‑Ferħ tal‑Imħabba), il-Papa Franġisku jgħid li ‘l-ġid tal-familja hu deċiżiv għall-ġejjieni tad-dinja u tal-Knisja’ (par. 31). 

    Il-Knisja f’Malta ser tiċċelebra l-familja fit-30 ta’ Ottubru 2016, permezz ta’ ġurnata ta’ attivitajiet fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù. Dan il-jum jibda fid-9:00 a.m. b’Quddiesa mill-Arċisqof Charles J. Scicluna, u jinkludi attivitajiet sportivi għall‑familja, animazzjoni għat‑tfal, u mużika fost affarjiet oħra. Bil-għajnuna ta’ workshops, spazji ta’ talb, servizz ta’ counselling u qrar, il-familji qed jiġu mistiedna jagħrfu aktar is-sejħa tal-familja bħala benniena ta’ ħniena u bażi ta’ soċjetà b’saħħitha.  

    Dakinhar, se ssir ukoll il-preżentazzjoni mill-Arċisqof tal-verżjoni bil-Malti ta’ ‘Amoris Laetitia’, biex isservi ta’ gwida prattika għall-familji Maltin u għall-Operaturi Pastorali b’mod speċjali dawk li jaħdmu fil-qasam tal-familja. Agħfas hawn għal aktar informazzjoni.