• Fl-okkażjoni tal-Ġublew għall-Familja, l-Arċisqof Charles J. Scicluna nieda l-verżjoni bil-Malti tal-Eżortazzjoni Appostolika ‘Amoris Laetitia’, waqt preżentazzjoni fis-Seminarju tal-Arċisqof.  

    L-Eżortazzjoni ‘Il-Ferħ tal-Imħabba’ tiġbor it-tagħlim tal-Knisja dwar is-sagrament taż-żwieġ u l-ħajja tal-familja. L-Eżortazzjoni toffri wkoll meditazzjonijiet prattiċi li joffru opportunità lill-koppji miżżewġa biex jirriflettu fuq l-isfidi tal-ħajja filwaqt li japprofondixxu r-relazzjoni ta’ bejniethom. Il-Papa jissuġġerixxi wkoll forom ta’ akkumpanjament għall-koppji ġodda, u biex tintwera delikatezza kbira lejn realtajiet differenti ta’ familja.  

    L-Arċisqof ħeġġeġ lil kulħadd biex jaqra dan il-ktieb, li permezz tiegħu l-Papa Franġisku jipproponilna pastorali ta’ Knisja li hija miftuħa għall-kultura attwali u li tgħinna nfittxu dak li jgħaqqadna flimkien. Agħfas hawn biex issegwi l-preżentazzjoni tal-Arċisqof jew niżżel il-verżjoni bil-Malti minn hawn.