• ****

    Direttur: Roger Scottiswoode

    Atturi: Luke Treadaway, Ruta Gedmintas, Joanne Froggat, Anthony Head, Bob the Cat

    Ħin tal-Film: 103 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 12A

     

    James Bowen jinsab jgħix ħajja fit-triq u għalkemm qiegħed jagħmel ħiltu kollha biex joħroġ mill-vizzju tad-droga, il-ħajja għalih xejn ma kienet faċli. Ftit li xejn kien isib għajnuna u xorti. L-uniku tama li kellu kienet fl-appoġġ li sab minn Val, ħaddiema ta sostenn, li kienet temmen li James jista jbiddel l-andament ta ħajjtu. Val tant kienet lesta li tgħinu,  li għamlet minn kollox biex taqilgħu mill-qagħda li kien jinsab fiha. Val irrnexielha ssiblu post fejn joqgħod. Hu min-naħa tiegħu beda tassew jipprova u biex jaqla ftit tal-flus, beda jkanta fil-pubbliku fCovent Gardens. Iżda għalkemm għamel ħiltu, ftit li xejn sab xorti biex jaqla flus biżżejjed biex ikun jista jgħix.  Jum wieħed, hekk kif jerġa lura lejn daru, jsib qattus ġinġri bilqegħda wara l-bieb. James jaħseb li kien xi qattus ta xi ħadd mill-ġirien iżda ma kienx hekk. Għal  bidu James ma tantx ta importanza, iżda dan il-qattus ġinġri baqa jsibu wara l-bieb. James ħass għalih u beda jdaħħlu fdaru fejn isib li l-qattus kellu ġerħa serja. James jieħdu għal kura għand RSPCA fejn hemm jieħdu ħsiebu u jdewwjuh. Iżda biex jixtri l-antibiotiċi kellu joħroġ il-ftit flus li kellu u li bxorti tajba kien għadu kemm akkwista mingħand missieru. Minn hawn, ir-rabta bejn James u l-qattus ġinġri, li hu tah l-isem taBob, saret rabta ta’ ħbieb intimi tant li t-tnejn saru sħab anke fix-xogħol li t-tnejn kienu jagħmlu fit-toroq ta Londra. Bob beda jiġbed lejh numru ta nies li kienu jammirawh. Ix-xorti tidher li bdiet titbissem lil James. Bil-qattus fuq spaltu kif ukoll bil-qattus maġembu, waqt li kien ikanta, James kompla jagħmel ħiltu biex ittejjeb ħajtu. Sab ukoll l-appoġġ, barra dik ta Val,  minn Belle li kienet ġirien tiegħu u kienet tħobb ħafna l-annimali. Xjiġri minn hawn?

    Film Brittaniku hu taħt id-direzzjoni ta Roger Sportswoode u kitba ta’ Tim John u Maria Nation. Msejjes fuq storja vera li grat fl-2012 ġewwa Londra, din il-ġrajja ġibdet l-attenzjoni ta kumpanija li tippubbulika l-kotba u li pproponiet liż-żagħżugħ James Bowen biex jikteb l-esperjenzi tiegħu. Il-ktieb kien suċċess kbir tant li din is-sena anke gie maħdum film bl-istess isem tal-ktieb. Film li żgur jgħati pjaċir lil dawk li jarawh.