Is-Sibt, 20 ta’ Frar 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP, iċċelebra Quddiesa f’Burmarrad fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali tiegħu f’dan ir-raħal. L-Arċisqof semma kif fil-komunita’ għandu jkun hemm għaqda sħiħa, speċjalment mal-Komunitajiet Pastorali tal-Parroċċa. Il-Komunitajiet Pastorali għandhom jaħdmu bis-sħiħ qal l-Arċisqof, biex flimkien jilħqu għanijiet għall-ġid tal-Komunita’ kollha. L-Arċisqof ifakkar lil dawk kollha preżenti li f’dan iż-żmien tar-Randan, għandna nieħdu l-opportunita’ li nħarsu l-quddiem u flimkien nagħmlu l-għalmu tagħna biex ngħaqdu l-Komunita’ f’għaqda waħda ma’ Ġesu’ Kristu. Għall-programm sħiħ taż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof f’Burmarrad AGĦFAS HAWN.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]

Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.