In-Naxxar

  • In-Naxxar kien wieħed mill-għaxar parroċċi li kien hawn f'Malta fl-1436. Il-knisja li hemm illum inbniet minn Tumas Dingli bejn is-snin 1616 u 1630, u biż-żmien żdiedulha n-navati tal-ġnub u saret faċċata ġdida.
    Numru ta' parruċċani: 15,500
    Numru ta' familji: 4,300
  • Knisja Arċipretali Ta' Marija Bambina

    Data tad-Dedikazzjoni 11 ta' Diċembru 1729
  • Arċipriet

    Dun David Gauci
  • Uffiċċju Parrokkjali

    Domus Curialis,
    133, Main Str, Naxxar
  • Ħinijiet tal-Uffiċċju

    It-Tlieta, l-Ħamis u l-Ġimgħa
    10.00 - 11.30 am
    5.00 - 6.30 pm
  •  
  • Telefon

    Uffiċċju: 2143 5376
    Dar: 2141 2475
    Knisja: 2143 7767
  • Presbiterju Parrokkjali

    Dun. David Gauci, Arċipriet
    Dun Stefan Galea, Viċi
    Dun Gerald John Micallef, Viċi
    Patri Salv Sammut S.J., Awziljarju
    Dun Tony Agius
    Kan Dun Michael Agius, Rettur S. Pawl tat-Tarġa
    Dun Karm Catania
    Dun Ray Zammit, Rettur Sgħajtar

    Kunsill Pastorali Parrokkjali

    President: Ms Claire Zammit
    Segretarja: Ms Dorothy Fenech
  • Quddies

    Ħdud u Festi: 6.00am, 7.00am, 8.30am, 9.30am, 11.00am ; 5.00pm u 6.30pm. (Minn Ġunju sa’ Settembru fil- 5.30pm u 6.30pm).
    Sibtijiet Filgħaxija: 5.00pm u 6.30pm
    Ġranet Ferjali: 6.00am, 6.45am, 7.45am, 8.45am u 6.30p.m.
    L-ewwel Ġimgħa tax-xahar: 5.00pm
  • Knejjes Filjali

  • Knisja ta' San Ġwann

    Inbniet wara s-sena 1575 u ġiet magħluqa fl-1658 flimkien ma' ħafna knejjes oħra tal-kampanja mill-isqof Balaguer; inbniet mill-ġdid fis-seklu tmintax.
  • Rettur

    Dun. David Gauci, Arċipriet
  • Quddies

    Ħdud u Festi: 7.30 am
    Ġranet Ferjali: 7.00 am
  • Knisja tal-Kunċizzjoni

    Inbniet fil-bidu tas-seklu sbatax u fiha jinsab il-fdal tal-martri San Fidiel li kien inġieb minn Ruma fl-1839.
  • Rettur

    P. Danjel Bonello OP
  • Quddies

    Ħdud u Festi: 7.30 am
    Kuljum: 7.00 am
    Il-Ħamis: 7.00 am u 5.00 pm
  • Kappella ta' Santa Luċija

    Il-kappella hija antika ħafna u kienet teżisti fis-sena 1500; inbniet mill-ġdid fis-seklu sbatax.
  • Rettur

    Dun. David Gauci, Arċipriet
  • Quddies

    Ħdud u Festi: 8.00am
    Ġranet Ferjali: 7.00am
  • Knisja ta' Santa Marija tal-Magħtab

    L-ewwel knisja nbniet fl-1500 u reġgħet inbniet qrib is-sena 1690.
  • Rettur

    Dun. David Gauci, Arċipriet
  • Quddies

    Ħdud u Festi: 7.00 am
  • Knisja ta' San Ġakbu

    Inbniet fis-seklu sittax u ngħalqet fl-1658 flimkien ma' ħafna knejjes oħra tal-kampanja; infetħet mill-ġdid xi għoxrin sena wara.
  • Rettur

    Dun. David Gauci, Arċipriet
  • Quddies

    Fil-festa: 24 u 25 ta' Lulju fis-7.30 pm

    Santwarju Ġesú Ħniena Divina (San Pawl tat-Tarġa)

    Rettur

    Kan. Dun Michael Agius

    Quddies

    Il-Ġimgħa: Adorazzjoni u Quddiesa bejn it-3.00pm u l-4.00pm
    Ġranet Ferjali - 8.30 am
    Is-Sibt: 6.45 pm
    Ħdud u Festi: 8.30am - 10.00am u  11.30am (Bl-Ingliż)

    Kappella ta' San Pawl tat-Tarġa

    Il-Kappella San Pawl tat-Tarġa tinsab in-Naxxar fiz-Zona “San Pawl tat-Tarġa." Hemm tradizzjoni antika ħafna li tgħid li din il-knisja tinsab fil-post fejn San Pawl ippriedka u nstema' anke minn Għawdex. Il-Knisja li hemm illum inbniet fis-sena 1696, skond id-data li hemm fuq il-bieb tal-ġenb. Fiha jistgħu jsiru żwiġijiet.

    Rettur

    Kan. Dun Michael Agius

    Kappella Familja Mqaddsa (Sgħajtar)

    Rettur

    Dun Raymond Zammit

    Telefon

    21419515 - 79950440

    Quddies

    Ħdud u Festi: 8.15am u fl-10.15am
    Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 7.00pm
    Is-Sibt: 6.00 pm u fis-7.30pm

    Kappella ta' Santa Marija tax-Xagħra

    Inbniet għall-ħabta tal-1500, u reġgħet inbniet fl-1690 bl-għajnuna tad-devoti tagħha li kienu jżuruha sikwit. Skond tradizzjoni qawwija, ċertu kavallier, kunjomu Xara, għamel wegħda lill-Madonna li jekk teħilsu mill-għarqa jibni kappella għad-unur tagħha. Malli qala l-grazzja temm il-wegħda li kien għamel u bena din il-kappella fil-kampanja tan-Naxxar.

    Rettur

    Kan. Dun Mikiel Agius

    Santwarju tal-Madonna tat-Triq

    Fl-1945 il-Markiż Scicluna ta lill-Ġizwiti d-dar tiegħu tan-Naxxar biex jużawha bħala novizzjat; madwar din id-dar qadima l-Ġizwiti tellgħu korp ta' bini ġdid bejn 1950 u 1954. Il-kappella tad-dar hi dedikata lill-Madonna tat-Triq.

    Rettur

    P. Paul Chetcuti S.J.

    Telefon

    21410348,  21410349

    Quddies

    Ħdud u Festi: 6.30am u 7.30am
    Ġranet Ferjali: 6.15am u 7.00am u 8.15am

    Kappella tal-Madonna tad-Duluri - Ċimiterju San Ġorġ

    Iċ-ċimiterju beda jimbena fl-1932 u tliet snin wara sar l-ewwel dfin fih.

    Quddies

    Mit-Tnejn sal-Ħamis: Ruzarju fl-4.30pm u Quddiesa fil-5.00pm
    Il-Ġimgħa: 4.30 pm
    Is-Sibtijiet: 7.45am
    Kull l-ewwel Tnejn tax-xahar: 10.00am (apparti l-quddies fil-5.00pm)
  • Kappella ta' Ġesù Rxoxt - Residenza tal-Anzjani f'Hilltop Gardens

    Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 4.30 p.m.
    Is-Sibt: 5.00 p.m. u fis-7.00 p.m.
    Il-Ħadd: 10:30 a.m. (Malti) u fil-11:30 a.m. (bl-Ingliż)
     
  • Kappella tal-Adorazzjoni

    Kappella ta' Santa Marija tax-Xagħra

     

    Indirizz:
    Triq F.W. Ryan, in-Naxxar

    Ħinijiet:

    Mit-Tnejn sal-Ġimgħa:
    9.00am - 12.00am
    4.00pm - 7.00pm

    Kappella ta' San Pawl tat-Tarġa

    Indirizz:

    Triq San Pawl, in-Naxxar

    Ħinijiet:

    Il-Ġimgħa: 9.30am-10.30am