Kappillan ġdid għall-Parroċċa ta' Pembroke

    • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Reuben Micallef bħala kappillan tal‑Parroċċa ta’ Pembroke.  

      Dun Reuben twieled fid‑29 ta' Lulju 1977. Huwa rċieva l‑edukazzjoni tiegħu fl‑iskola primarja Immaculate Conception f’ Ħal Tarxien, fil‑Kulleġġ De La Salle, fil‑Junior College (G.F. Abela) l‑Imsida, u kompla l‑istudji terzjarji fil‑Fakulta tat‑Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl‑Università ta’ Malta.

      Dun Reuben ġie ordnat saċerdot fil‑21 ta' Lulju 2005 u nħatar viċi‑kappillan tal‑Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid. Fl-2008 inħatar kappillan fil‑Parroċċa tal‑Imtarfa fejn serva sal‑2012. Bejn l‑2012 u l‑2016 huwa serva bħala arċipriet tal‑Parroċċa ta’ Marija Immakulata Kunċizzjoni, Bormla.

      Il‑Parroċċa ta’ Pembroke tiġbor fiha madwar 3,500 persuna f’990 familja.