• L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun George Schembri bħala Kappillan tal‑Parroċċa tal‑Madonna ta’ Lourdes, Raħal Ġdid.  

      Dun George Schembri twieled fit‑8 ta’ Frar 1985. Huwa rċieva l‑edukazzjoni primarja fl‑iskola Stella Maris, Ħal Balzan, fl‑iskola St Elizabeth, tas‑Sliema, u l‑edukazzjoni sekondarja fil‑Liċeo Dun Ġużepp Zammit Brigella, il‑Ħamrun. Huwa kompla l‑istudji terzjarji fil‑Fakultà tat‑Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl‑Università ta’ Malta.

      Dun George ġie ordnat saċerdot fid‑29 ta’ Ġunju 2012. Fl‑istess sena huwa nħatar viċi‑kappillan tal‑Parroċċa ta’ Santa Marija, l‑Imqabba, u fl‑2015 inħatar viċi‑kappillan tal‑Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż‑Żurrieq. Bħala parti mill‑ħidma pastorali tiegħu, huwa jservi wkoll bħala chaplain fil‑Kulleġġ San Benedittu, Ħal Kirkop.

      Il‑Parroċċa tal‑Madonna ta’ Lourdes, Raħal Ġdid, tiġbor fiha madwar 2,300 persuna f’720 familja.