• Bejn għada, l‑Erbgħa 18 ta’ Jannar, u nhar l‑Erbgħa 25 ta’ Jannar 2017, ser tiġi ċċelebrata l‑Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda fost l‑Insara. Matul din il‑ġimgħa, il‑Knejjes Insara differenti jingħaqdu għal talb ekumeniku, bit‑tema għal din is‑sena tkun “Ir‑Rikonċiljazzjoni ‑ L‑imħabba ta’ Kristu ssuqna” (2 Korintin 5: 14‑20).

    Għal din l‑okkażjoni, nhar il‑Ħamis 19 ta’ Jannar 2017, fis‑6:30 p.m., ser jiġi ċċelebrat Servizz Ekumeniku fil‑Knisja ta’ Santu Wistin, Triq l‑Ifran, il‑Belt Valletta. L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser ikun preżenti. Kulħadd huwa mistieden jattendi.