• Il-Patrijiet Agostinjani f’Malta stiednu lil Kardinal Gianfranco Ravasi sabiex jitħadded dwar It-Tempju u l-pjazza – Twemmin, kultura u soċjetà. L-Agostinjani f’Malta qegħdin jiċċelebraw il-200 minn meta twaqqfet il-Provinċja bħala waħda indipendenti minn dik ta’ Sqallija. It-taħdida tkun bit-taljan.

    Il-Kardinal Ravasi hu magħruf għat-tifsiriet fuq il-Vanġeli tal-Ħdud fuq it-televiżjoni taljana RAI. It-taħdida sejra tkun nhar it-Tlieta, 24 ta’ Jannar 2017 fis-6.15pm fis-Sala tal-Iskola tas-Sorijiet Agostinjani fi triq Tereża Spinelli il-Ġżira (biswit il-pixxina nazzjonali). Kulħadd hu mistieden u wara jkun hemm riċeviment.

    Għal iktar tagħrif: Prof. Salvinu Caruana OSA – 9940 2102 – 7929 4177 – [email protected]