• Nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Frar 2017, fid-9.30 a.m., ser isir Pellegrinaġġ mill-Knisja ta’ San Pawl Milqi sal-Knisja Parrokkjali ta’ Burmarrad, fejn issir Quddiesa ċċelebrata minn Monsinjur Joe Galea Curmi, Vigarju Ġenerali. Ser isir ukoll talb quddiem il-kopja awtentika tal-Liżar ta’ Kristu, li nġabet fil-Parroċċa għal matul ix-xahar ta’ Frar. Għal din iċ-ċelebrazzjoni ser jkunu mistiedna Insara immigranti u refuġjati minn pajjiżi differenti. Din l-attivita’ qed tiġi organizzata mill-Comunità Abramo. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit www.shroudmalta.com jew www.parroccaburmarrad.com.
  • Poster tal-Attività