Il-Knisja tesprimi d-diżappunt tagħha għall-Istqarrija tal-Moviment Patrijotti Maltin

  • Il-Knisja tesprimi d-diżappunt tagħha għall-istqarrija tal-Moviment Patrijotti Maltin, u għall-konklużjonijiet li waslu għalihom. Il-Knisja, filwaqt li tinkoraġixxi u tħeġġeġ lill-politiċi Insara jipprattikaw it-tagħlim Nisrani, tfakkar li mhix il-prattika pastorali tagħha li taħtar saċerdot bħala diretturi spiritwali ta’ xi moviment politiku. Il-bibien tal-Knisja jibqgħu miftuħin għal dawk kollha, inkluż politiċi, li jixtiequ javviċinaw saċerdot bħala gwida għat-tagħlim tal-Knisja fuq il-ġustizzja soċjali.