• Il‑Bord tad‑Dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja qed jilqa’ applikazzjonijiet tard skont il‑Kriterju ‘Applikanti Oħra’, għad‑dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja fl‑ewwel sena kindergarten, it‑tieni sena kindergarten, l‑ewwel sena primarja u l‑ewwel sena sekondarja, għas-sena skolastika 2017 – 2018. Wieħed jista’ japplika online fuq www.knisja.org/applications sa nhar il‑Ħamis, 23 ta’ Frar 2017, jew imur il‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana, jew fl‑iskola St Michael, Santa Venera, nhar il‑Ħamis, 23 ta’ Frar 2017, bejn id‑9am u s‑1pm. Sal‑lum, mill‑kriterji kollha għad‑Dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja, 1,620 ssottomettew l‑applikazzjoni tagħhom online.

    Wara li ġew milqugħa l‑applikazzjonijiet tal‑Ewwel Kriterju u tal‑Każijiet Serji tal-Ewwel Kriterju, in‑numru ta’ postijiet vakanti għall‑‘Applikanti l‑Oħra’ huwa ta’ 878 minn total ta’ 1,564 post. Il‑postijiet vakanti għall‑‘Applikanti l‑Oħra’ huma maqsumin hekk:

    Postijiet Vakanti għal kull livell (bniet u subien)
    Livell ta’ Dħul
    Postijiet Vakanti

    L‑ewwel sena sekondarja subien

    116

    L‑ewwel sena sekondarja bniet

    15

    L‑ewwel sena primarja subien

    235

    L‑ewwel sena primarja bniet

    125

    It‑tieni sena kindergarten subien

    109

    It‑tieni sena kindergarten bniet

    216

    L‑ewwel sena kindergarten subien

    21

    L‑ewwel sena kindergarten bniet

    41

    Total

    878

    It-total ta’ 878 jinkludi wkoll il-postijiet vakanti fl-ewwel sena primarja fl-iskejjel ta’ St Francis, Birkirkara, Bormla u Msida, li huwa ta’ 56 post għas-subien u 9 postijiet għall-bniet.

    Għad iridu jiġu aċċettati xi każijiet serji skont it‑Tielet Kriterju. Fost l‑applikanti oħra jkun hemm ukoll aħwa li qed japplikaw għall‑istess sena (eż. tewmin) jew għal snin tad‑dħul differenti, u meta wieħed minn dawn l‑aħwa jirreġistra fi skola, it‑tifel iż‑żgħir jikkwalifika skont il‑Kriterju tal‑Aħwa. Dan ifisser li n‑numru ta’ postijiet vakanti għad jerġa’ jonqos. Aktar informazzjoni tingħata qabel ma jsiru l‑poloz f’Marzu u April 2017.

    Għal aktar dettalji agħfas hawn.