Is-Sibt 27 ta’ Frar, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP, iċċelebra Quddiesa fil-Parroċċa ta’ Ħ’Attard bħala parti mill-‘Faculty Day’. Il-Fakulta tat-Teoloġija ħadet ħsieb torganiżża din l-okkażjoni. Fakulta għandha tfittex li twassal għal djalogu u stħarriġ sħiħ ma fakultajiet oħra. L-Arċisqof qal li it-tfittxija tal-verita’ m’għandix tkun murija biss fl-istudju iżda wkoll fix-xhieda tagħna bhala studenti u staff akkademiku fl-ambjent universitarju.

L-Arċisqof Cremona għamel riflessjoni fuq ir-relazzjoni bejn ‘Caritas in Veritate’, ‘Veritas in Caritate’ fejn emfassiżża li t-tfittxija tal-verita’ fl-ambejnt tal-fakulta għandha tkun ukoll permezz tal-imħabba u mhux bl-istudju biss. Dan il-ħsieb għamlu b’referenza għall-evanġelju tal-ġurnata “Kunu perfetti bħalma Hu perfett Missierkom” (Mt5,48) fejn ħareġ l-importanza li mingħajr imħabba il-verita’ ma tistax tinkiseb.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]

Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.