• Nhar it-Tlieta 13 ta’ Marzu 2017, l-Arcisqof Charles J. Scicluna żar il-Junior College G.F. Abela, l-Imsida, fejn iltaqa’ mal-istudenti u l-istaff tal-Kuleġġ. L-Arċisqof intlaqa’ mill-Kapijiet tal-Kulleġġ u d-Direttur Spiritwali Fr Marco Portelli. L-Arċisqof kien akkumpanjat mid-Delegat taż-Żgħażagħ Benjamin Flores Martin.

    L-Arċisqof iltaqa’ maż-żgħażagħ u pparteċipa f’diskussjoni magħhom fil-canteen tal-Junior College, fejn wieġeb għall-mistoqsijiet tagħhom. It-temi diskussi kienu l-inklużjoni tal-persuni LGBTI fil-Knisja, sehem iż-żgħażagħ fil-liturġija, il-volontarjat f’pajjiżi tat-tielet dinja, l-addattament tal-Knisja f’ħajja mgħaġġla u teknoloġika, kif it-teatru jista’ jintuża biex il-Knisja twassal it-tagħlim tagħha, kif iż-żgħażagħ jistgħu jersqu iktar lejn Alla fiż-żmien tar-Randan, ir-relazzjoni tal-Knisja mal-Iżlam, u l-mużika fil-Liturġija. 

    Wara l-Arċisqof iltaqa’ mal-istaff fejn staqsa dwar l-ambjent soċjali, personali u dak akkademiku li qed jaffetwa lill-istudent fil-ħajja ta’ kuljum. Fl-aħħar huwa ingħata rigal taż-żjara mill-Kap tal-Kulleġġ u flimkien magħhom mexxa talba għall-istudenti u l-istaff tal-Junior College.

    Agħfas hawn biex tara iktar ritratti taż-żjara tal-Arċisqof fil-Kulleġġ G.F. Abela tal-Imsida.

  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja