Il-Ħadd, 28 ta’ Frar, 2010, iż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK)  ta’ Ħal Tarxien u Raħal Ġdid Kristu Re, flimkien ma’ żgħażagħ minn għaqdiet oħra organiżżaw attivita` f’Raħal il-Ġdid bi tħejjija għall-miġja tal-Papa Benedittu XVI f’Malta.  L-attivita’ bdiet b’Quddiesa fil-Knisja ta’ Kristu Re u wara sar kunċert fis-sala tal-Azzjoni Kattolika fejn iż-żgħażagħ assistew għal sagħtejn ta’ mużika mill-bands: The Prophecy, Salt, His Project u Footprints.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]

Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.